Il-popolazzjoni kważi laħqet in-nofs miljun Malta bl-ikbar żieda fost il-pajjiżi tal-UE

  • Lul 10, 2019 14:29
  • Miktub minn iNews
"

     

    Fl-aħħar sentejn il-popolazzjoni ta' pajjiżna żdiedet bi 17,858 biex kważi laħqet in-nofs miljun abitant.

     

    Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li waqt li fl-2017 kien hawn 475,701 persuna jgħixu fil-pajjiż, fl-2018 dawn telgħu għal 493,559.

     

    Min-naħa tagħha l-Eurostat innutat kif matul is-sena li għaddiet Malta kellha l-ikbar żieda fil-popolazzjoni meta mqabbla mal-pajjiżi membri tal-UE.

     

    Iċ-ċifri tal-NSO juru li fl-2018 kien hawn 251,836 persuna tas-sess maskil u 241,723 ta' dak femminil.

     

    Kien hawn 46,307 taħt id-disa' snin; 43,517 bejn 10 u 19-il sena; 75,568 bejn 20 u 29 sena; 81,203 bejn 30 u 39 sena; 65,167 bejn 40 u 49 sena; 58,962 bejn 50 u 59 sena; 59,304 bejn 60 u 69 sena; 42,685 bejn 70 u 79 sena; 17,957 bejn 80 u 89 sena kif ukoll 2,889 li kellhom 90 sena jew aktar.

     

    L-istatistika tal-NSO turi kif fl-2018 twieldu 4,444 persuna mentri dawk I mietu ammontaw għal 3,688.

     

    Fl-imsemmija sena ġew adottati 64 tifel u tifla minn barra; 1,579 Malti u Maltija rritornaw Malta waqt li 1,099 ħallew pajjiżna.

     

    Fir-rigward tal-immigrazzjoni minn persuni mill-UE matul l-2018 ġew 11,341 u telqu 3,992 mentri fuq dawk minn barra l-UE ġew 13,460 u telqu 4,251.

     

    Iċ-ċifri juru wkoll li fl-aħħar 10 snin ir-rata tal-fertilita naqset minn 1.43 għal 1.23 u l-eta medja tal-ġenitur telgħet minn 28 sena u sitt xhur għal 30 sena u ħames xhur.

     

    Fir-rigward tal-imwiet din żdiedet bi 3.3% fuq is-sena preċedenti b'64.4% ta' dawk li mietu kellhom 75 sena jew aktar.

     

    Min-naħa tagħha, l-Eurostat ikkalkulat li fl-2018 il-popolazzjoni ta' Malta żdiedet b'36.8% għal kull 1,000 resident bit-tieni l-ikbar żieda kienet reġistrata fil-Lussemburgu bi 19.6% u warajha l-Irlanda bi 15.2%.

     

    Mit-28 pajjiż membru kien hemm 10 fejn il-popolazzjoni naqset bl-ikbar tnaqqis kien ta' 7.1% fil-Latvja segwita minn dak ta' 6.6% fir-Rumanija u 5.3% fil-Litwanja.

     

    L-Irlanda kienet l-iktar pajjiż fejn twieldu trabi, bi 12.5% għal kull 1,000 resident, mentri l-Italja kellha l-inqas rata ta' tkabbir b'7.3% biss fi twelid għall-istess ammont ta' residenti.

     

    Il-popolazzjoni tal-pajjiżi tal-UE fl-1 ta' Jannar li għadda kienet ta' 513.5 miljun meta fl-1 ta' Jannar 2018 kienet ta' 512.4 miljun.

     

    Waqt li kienu reġistrati 5.3 miljun mewt, l-imwiet laħħqu l-ħames miljun biż-żieda fil-popolazzjoni kienet dovuta għall-immigrazzjoni.

     

    Il-Ġermanja baqgħet il-pajjiż bl-ikbar popolazzjoni bi 83 miljun abitant  segwita minn Franza b'67 miljun u r-Renju Unit b'66.6 miljun.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0