Dak li kien sptar militari fl-Imtarfa approvat għal skola internazzjonali

  • Lul 10, 2019 15:26
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kwistjoni marbuta mal-proġett li kien propost għal binja li kient sptar milari fl-Imtarfa kellha żblokk fl-aħħar sigħat. Dan hekk kif il-Kumitat tal-Kontijiet dwar l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika approva l-proposta imressqa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni  biex il-binja tgħaddi għand Haileybury Malta Limited biex isservi bħala skola internazzjonali. 

    Il-kumpanija se tagħmel investiment kapitali ta’ €12.4 miljun biex tirrabilita l-proprjetà ġġibha tajba għal skola ta’ livell internazzjonali. Se jirrestawraw il-bini u jsebbħu l-ispazji miftuħa.

    Il-Ministru Evarist Bartolo qal li din l-iskola internazzjonali hemm bżonnha minħabba ħaddiema barranin li m’għandhomx fejn jibagħtu lil uliedhom jieħdu edukazzjoni internazzjonali. Huwa qal li Haileybury għandha esperjenza twila fil-qasam tal-edukazzjoni primarja u sekondarja. 

    Il-proprjetà se tingħata b’ċens temporanju għal 40 sena li għaliha l-kumpanija se tħallas €50,000 fis-sena li jitla’ għal €225,000 u dan jiżdied bi 8% kull ħames snin.

    L-iskola se tiftaħ fis-sena 2021 u mistennija jkollha 580 student fi klassijiet primarji u sekondarji.

    Haileybury intrabtu wkoll li sakemm il-gvern isibilhom post alternattiv, iħallu lill-Imtarfa Drama School u lill-club tal-footbal jibqgħu jużaw il-faċiliatjiet li għandhom fil-proprjetà.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0