Ikompli l-eżodu ta’ nies mill-PN… jitlaq wara 40 sena

  • Lul 10, 2019 15:55
  • Miktub minn iNews
"

    Fl-aħħar sigħat kompla l-eżodu ta’ nies mill-Partit Nazzjonalista. Filfatt l-aħħar attivist li telaq mill-PN kien l-eks Kandidat tal-Parlament Ewropew Michael Mercieca.

    Fuq is-sit soċjali tiegħu hu ħabbar li se jtemm il-ħidma politika tiegħu fil-Partit Nazzjonalista, wara xejn inqas minn erbgħin sena. 

    Fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’Mejju li għadda, Michael Mercieca kien kandidat mal-Partit Nazzjonalista. Iżda jidher li sitwazzjoni ta’ ġlied u firda li hemm fil-Partit, wasslet lil Mercieca biex jitlaq mill-Partit Nazzjonalista.

    Michael Mercieca tkellem b’mod ċar u ddikjara li mhux qiegħed ikun liberu jitkellem. 

    Saħaq li “waqt li żgur nibqa nsegwi dak li qed jiġri fix-xena politika tagħna, nippreferi li nkun liberu biex nitkellem kif nixtieq u nkun liberu min kull rbit”  kiteb Mercieca.

    Michael Mercieca ilu erbgħin sena jagħti s-servizz lil Partit Nazzjonalista, fejn ikkontesta għal diversi drabi l-elezzjoni ġenerali mal-Partit Nazzjonalista.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0