Domanda rekord għall-elettriku wasslet għall-qtugħ fil-provvista tad-dawl f'ċertu lokalitajiet

  • Lul 10, 2019 17:16
  • Miktub minn iNews
"

    L-10 ta' Lulju kienet l-iktar ġurnata li fiha l-Enemalta kellha l-ikbar domanda għall-elettriku.

    Wara li fuq diversi media soċjali kienu bosta dawk li lmentaw minn qtugħ ta' dawl, dan il-ġurnal talab ir-reazjoni tal-Enemalta dwar kemm kienet id-domanda għall-elettriku fl-aħħar jiem speċjalment minħabba s-sħana li qed tagħmel.

    Kelliem għaliha qalilan li fil-jum tal-10 ta' Lulju id-domanda għall-elettriku laħħqet il-510mW li hija “l-ogħla rata qatt reġistrata” mill-kumpanija.

    Huwa sostna magħna li din kienet tfisser żieda ta' ftit inqas minn 5% mill-ogħla rata li kienet reġistrata qabel jiġifieri dik ta' 488mW f'Awwissu 2017.

    Fl-ewwel jiem ta' Lulju d-domanda għall-elettriku kienet ta' 15% aktar minn dik reġistrata fl-aħħar sentejn fl-istess perjodu.

    Huwa sostna li kienet din iż-żieda fid-domanda li waslet għall-qtugħ fil-provvista tad-dawl f'xi lokalitajiet.

    Madankollu enfasizza li kien grazzi għall-investiment li saru fl-aħħar snin fis-sistemi ta' awtomazzjoni tas-'substations' li l-provvista reġgħet lura għan-normal f'qasir żmien.

    “Fil-fatt, il-provvista tal-elettriku ġiet lura għan-normal wara 10 minuti fi 80% tal-każi”, żied il-kelliem tal-Enemalta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0