L-Air Malta tibda titjiriet skedati lejn Tbilisi, Georgia

  • Lul 10, 2019 17:49
  • Miktub minn iNews
"

    L-Air Malta ingawgurat l-ewwel servizz skedat tagħha lejn il-kapitali tal-Georgia, Tbilisi. Din it-titjira ta’ darba fil-ġimgħa kull nhar ta’ Ħamis, ser topera fl-eqqel xhur tas-sajf sat-18 ta’ Settembru bil-possibbiltà li dan is-servizz jiġi estiż aktar skont id-domanda. 

    “Din hija l-ewwel darba li l-Linja tal-Ajru Maltija qed topera servizzi skedati lejn il-Georgia. L-interess f’dan is-suq beda madwar sena ilu meta l-linja tal-ajru kienet qed tfittex opportunitajiet ta’ tkabbir biex tespandi n-netwerk tagħha. Dan is-servizz huwa mistenni li jiftaħ swieq tat-turiżmu ġodda lejn Malta u jiġġenera madwar 3,300 klijent fiż-żewġ direzzjonijiet waqt dan il-perjodu,” qal il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, il-Kaptan Clifford Chetcuti. 

    Flimkien mal-Grupp tal-Ivvjaġġar InterCo, is-sieħeb operattiv tat-tours tal-linja tal-ajru fil-Georgia, l-Air Malta fformulat pjan biex tistabbilixxi rabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi. Il-pjan mistenni jiffaċilita arranġamenti ta l-ivvjaġġar għall-Georgjani biex iżuru l-Gżejjer jew destinazzjonijiet Ewropej oħra permezz tan-netwerk ta titjiriet li topera l-Air Malta fl-Ewropa. Fl-istess waqt, l-Air Malta issa qed toffri lill-pubbliku Malti destinazzjoni oħra ġdida u sabiħa li jistgħa jżur. 

    Permezz tan-netwerk tal-Air Malta ta’ aktar minn 40 destinazzjoni, il-Georgjani ser ikollhom aċċess aktar faċli għal bliet bħal Ruma, Pariġi, Frankfurt, Londra u oħrajn. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0