Terremot f'nofs il-Mediterran, aktarx li ma nħassx f'Malta

  • Lul 10, 2019 18:17
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    Il-Grupp ta' Moniteraġġ u Riċerka Siżmika (SMRG) fi ħdan id-Dipartiment tal-Ġeoxjenza fl-Università ta' Malta, irreġistra terremot f'nofs il-baħar Mediterran, xi 170 Kilometru fix-Xlokk ta' Malta. 

    Dan seħħ illum fl-09.44 a.m. u kellu saħħa ta' 4.8 fuq l-iskala Richter. Siżmologu fi ħdan il-grupp tal-università qal ma’ inewsmalta, li l-fatt li t-terremot kien tant ‘il bogħod minn Malta u ta' saħħa relativament baxxa, aktarx ma nħassx minn nies f'Malta. Infatti, qal li ma daħlux rapporti li nħass mill-pubbliku fuq is-sit http://seismic.research.um.edu.mt. 

    Hu spjega li llum il-ġurnata f'Malta, apparti l-istrument li hemm f’Wied Dalam,  hawn tliet strumenti oħra jaħdmu 24 siegħa kuljum. Dawn jinstabu fl-Imsida fuq il-kampus tal-università, kif ukoll fix-Xlendi u l-Qala, Għawdex, li flimkien jagħmlu in-netwerk ta' moniteraġġ siżmiku f'Malta. Il-Grupp SMRG spjega li juża wkoll informazzjoni minn netwerks ta' pajjiżi oħra madwarna biex b’hekk inkun jista’ jagħmel moniteraġġ iktar bir-reqqa tal-attività siżmika fil-Mediterran kollu. Qal ukoll li dan it-terremot ġie wkoll irreġistrat fil-pajjiżi tal-madwar.

    Matthew Agius, riċerkatur ma’ SMRG, qal li għalkemm ma tantx iseħħu terremoti frekwenti fil-post fejn seħħ it-terremot tal-lum dan xorta hu kkunsidrat bħala attività siżmika normali, hekk kif il-kontinent Afrikan qiegħed dejjem jimbotta ‘l fuq man-naħa ta’ dak Ewropew.

    Ritratt 1: It-terremot kif ġie rreġistrat f’Wied Dalam

    Ritratt 2: It-terremot kif ġie rreġistrat fuq l-erba' strumenti tan-netwerk siżmiku ta' Malta. Dawn jinstabu f'Wied Dalam, fl-Imsida, il-Qala, u x-Xlendi Għawdex.

    Ritratt 3: It-terremot (ċirku aħmar fuq il-mappa) kif ġie irreġistrat madwar il-Mediterran b'mod partikulari f’Malta, Lampedusa u Sqallija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0