Jiħraxu l-multi għal min jaħqar l-annimali... multi sa €80,000 u tliet snin ħabs

  • Lul 10, 2019 19:42
  • Miktub minn iNews
"

    Liġi oħra approvata mit-Tielet Qari kienet dik li permezz tagħha ġie emendat l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali.

    Permezz ta' dawn l-emendi se jiħraxu l-multi għal min jaħqar l-annimali fejn min jinstab ħati għall-ewwel darba jeħel multa ta' mhux inqas minn €2,000 u mhux iktar minn €65,000 jew tliet snin ħabs jew it-tnejn flimkien.

    Min jinstab ħati t-tieni darba jeħel multa ta' mhux inqas minn €6,000 u mhux iktar minn €80,000 jew tliet snin ħabs inkella t-tnejn li huma.

    Il-liġi tagħmilha illegali wkoll li annimal jinżamm marbut b'katina, ħabel, korda, ċinga, taljola jew 'cable run' imma mhux l-użu taċ-ċinga meta persuna tmexxi kelb f'post pubbliku.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0