Pass eqreb biex tidħol il-liġi l-ġdida dwar il-kera

  • Lul 10, 2019 20:15
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Parlament approva mill-istadju tat-Tieni Qari l-liġi l-ġdida dwar il-kirjiet residenzjali li permezz tagħha se jinstab bilanċ bejn l-interessi tas-sidien u dawk tal-inkwilini.

    Fid-diskors tal-għeluq dwar din il-liġi, is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes semma kif is-soċjeta qed tinbidel u qed ngħixu realtajiet ġodda li rridu nindirizzawhom.

    Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-Parlament iddiskuta din il-liġi b'maturita għalkemm reġa' nsista li m'għadnix x'taqsam mal-housing u l-faqar li dwarhom hemm miżuri oħra li qed jieħu l-Gvern.

    Galdes irrefera għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li l-Gvern “faqa'” lil Malta bil-barranin billi fakkru kif meta Malta daħlet fl-UE kien magħruf li se jiġu l-barranin u ma setgħux jitwaqqfu.

    Huwa żied li l-klima ekonomika u l-ħolqien tax-xogħol li ġab miegħu dan il-Gvern kien ifisser li aktar barranin qed jiġu Malta biex jaħdmu u għalhekk żdied il-bżonn ta' postijiet fejn joqgħodu.

    Galdes irrefera wkoll dwar l-insistenza ta' deputat tal-Oppożizzjoni fuq kontroll fuq il-prezzijiet tal-proprjeta u nsisa li kieku dan isir nitilfu ħafna proprjetajiet mis-suq kif ġara fil-passat u saħaq li l-Gvern ma jridx dan.

    Huwa żied li jista' jserraħ ras il-familji li din il-liġi m'għandix x'taqsam mal-liġijiet l-antiki ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija imma l-kirjiet liberalizzati ta' wara l-1995.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali żied li flimkien mal-bini massiv tal-housing soċjali l-Gvern se jkun qed jassigura li kulħadd ikollu għażla fejn jidħol is-settur tal-proprjeta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0