Il-Qorti tagħti digriet favur il-GWU fil-kawża tal-PN dwar il-Workers' Memorial Building

  • Lul 11, 2019 07:33
  • Miktub minn iNews
"

    Id-Deputati Nazzjonalisti kollha assenti għas-seduta…

    Il-General Workers’ Union (GWU) kienet legalment korretta u għal dan ingħatat raġun mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fil-kawża li saret kontriha dwar allegat ksur tal-kuntratt bejnha u bejn il-Gvern dwar iċ-ċens tal-Workers Memorial Building li kienet saret minn Simon Busuttil u l-grupp parlamentari Nazzjonalista fi żmien li huwa kien jokkupa l-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni.

    L-istess Qorti ddikjarat li l-GWU u l-Awtorità tal-Artijiet għandhom dritt iressqu eċċezzjonijiet ulterjuri. Kemm il-GWU u l-Awtorità tal-Artijiet qed isostnu li matul il-proċeduri tal-kawża ġie nieqes l-interess ġuridiku li kellhom uħud minn dawk li għamlu l-istess kawża billi m’għadhomx membri parlamentari. Dwar dan, il-Qorti stqarret li kienet eċċezzjoni li setgħet tingħata f’kull waqt tal-kawża u tikkwalifika wkoll bħala eċċezzjoni li l-ħtieġa tagħha nqalgħet minn wara li bdiet tinstema’ l-kawża.

    Il-Qorti għamlet l-istess argument fir-rigward ta’ eċċezzjoni ulterjuri oħra fejn intqal li ġie abrogat il-Kapitlu 268 tal-Liġijiet ta’ Malta u li allura l-kawża tilfet il-bażi legali tagħha. Dan wara tibdil li sar fil-liġi u li fuqha d-Deputati Nazzjonalisti kienu bbażaw ir-raġunijiet legali tagħhom meta taw bidu għal din il-kawża.

    Il-Qorti qalet dan f’digriet li tat f’seduta li saret ilbieraħ filgħodu u li għaliha ħadd mid-Deputati u ex-Deputati Nazzjonalisti li kienu għamlu l-kawża ma kienu preżenti. Fid-digriet tagħha, il-Qorti awtorizzat lill-GWU u lill-Awtorità tal-Artijiet biex jippreżentaw risposta maħlufa bl-eċċezzjonijiet ulterjuri kif mitlub.

    Il-kawża mistennija li tkompli f’Novembru li ġej. L-Avukati Aron Mifsud Bonnici u John Bonello dehru għall-GWU, filwaqt li l-Avukat Stefano Filletti deher għall-Awtorità tal-Artijiet. 

    L-Avukati Jason Azzopardi u Edward Debono, li f’seduti oħra assistew lill-grupp parlamentari Nazzjonalista, ma dehrux għas-seduta tal-bieraħ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0