“L-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Kirjiet Residenzjali huwa l-ewwel pass ’il quddiem” … 20 għaqda fil-qasam soċjali bi proposti ġodda

  • Lul 11, 2019 12:39
  • Miktub minn iNews
"

    “L-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Kirjiet Residenzjali huwa l-ewwel pass ’il quddiem.” Hekk qalu 20 għaqda attivi fil-qasam soċjali fir-rigward tal-abbozz ta’ liġi mressaq mill-Gvern u lihuwa intiż li jirregola s-suq tal-kera.

    L-għaqdiet qalu li dan l-abbozz jintroduċi qafas ferm meħtieġ ta’ drittijiet u obbligi għall-inkwilini u għas-sidien, u saħqi li jidher ċar li warajh kien hemm xogħol serju ta’ riċerka uproċess konsultattiv wiesa’. Fl-istess waqt tennew li madankollu l-abbozz jindirizza biss marġinalment il-kwistjoni ta’ kuntratti qosra, u jonqos milli jindirizza l-kwistjoni l-iktar urġenti ta’ prezzijiet tal-kera eżorbitanti. Saħqu li ż-żieda mgħaġġla u kontinwa tal-prezzijiet tal-kera qed jitfgħu lil eluf ta’ persuni fil-prekarjat, bl-agħar milquta jkunu dawk fuq pagi u pensjonijiet baxxi u medji kif ukoll persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli bħal nisa li qed jesperjenzaw vjolenza domestika.

    Fl-istess waqt l-għaqdiet raw b’mod pożittiv l-obbligu fuq is-sidien li jirreġistraw il-kuntratti u li dawn ikunu jinkludu inventorju u l-ammont tad- depożitu, kif ukoll il-miżuri dissważivi kontra min jikri mingħajr kuntratt validu.

    Żiedu jgħidu li huwa wkoll pożittiv li l-Awtorità tad-Djar se tkun responsabbli tal-kirjiet privati residenzjali, tal-infurzar u ta’ Bord li jiddeċiedi malajr fuq tilwim żgħir, filwaqt li l-inkwilini se jkunu qed jingħataw id-dritt li jaċċedu għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u li s-sidien se jkunu obbligati li jinfurmaw lill-inkwilini tliet xhur qabel jiskadi l-kuntratt jekk hux se jġeddulhom il-kirja jew le. 

    Fl-istess waqt qalu li l-liġi li qed tiġi proposta se tkun qed tistabbilixxi kuntratti b’minimu ta’ sena għall-kirijiet residenzjali u dan il-fatt mhux se jkun qed jiżgura stabbiltà għall-inkwilin.

    L-għaqdiet ressqu wkoll proposti speċifiċi li jgħidu li:
    - Għandha titneħħa mill-abbozz l-eċċezzjoni għall-obbligu ta’ kuntratt b’minimu ta’ sena fiċ-ċirkostanza ta’ kirijet bil-kamra. L-għaqdiet tennew li inkwilini li qed jikru bil-kamra għandu jkollhom l-istess protezzjoni ta’ dawk li jikru unit sħiħ;
    - L-Abbozz għandu jgħid li l-kuntratt għandu jkun reġistrat mill-ewwel ġurnata tal-kirja;
    - L-Abbozz għandu joħloq mekkaniżmu li bih l-inkwilini jkollhom aċċess awtomatiku għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma tagħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0