“Aħna qatt ma qbilna mar-regolamenti proposti“ - President Għaqda Karozzini tal-Belt

  • Lul 12, 2019 14:12
  • Miktub minn iNews
"

    Aktar kmieni s-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ħabbar deċiżjoni oħra favur it-trattament xieraq tal-annimali, din id-darba marbuta maż-żwiemel. Clint Camilleri qal li din id-deċiżjoni qed toffri sens ta’ bilanċ bejn dak li hu trattament xieraq għall-annimali u l-aspett ekonomiku. Fil-fatt saru numru ta’ diskussjonijiet ma’ stakeholders differenti. 

    B’reazzjoni għal dan il-President tal-Għaqda Karozzini Belt Valletta Kevin Debono qal ma’ inewsmalta li huma ma kinux mgħarrfa dwar dawn ir-regolamenti.

    Debono żied jgħidilna li kien proprju sena ilu meta Camilleri bagħat għalihom fejn hemmhekk saret laqgħa li minnha ma kien ħareġ xejn minn dawn il-proposti. Kompla biex jgħidilna li minħabba din ir-raġuni se jkunu qegħdin jikkontestaw dawn ir-regolamenti bil-Qorti fejn diġà ġie inkarigat l-avukat f’isem il-kuċċiera.

    Debono żied jgħid li biex ikun korrett fl-aħħar ġimgħat kien avviċinat mid-Direttur tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali Noel Montebello, iżda qatt ma kien hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tant li l-istess Debono wieġbu ċar u tond li huma ma kienux se jaċċettaw dawn il-kundizzjonijiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0