€800 multa talli biegħ qubbajt bla VAT

  • Lul 12, 2019 16:16
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta' 37 sena se jkollu jħallas €800 wara li waqt il-karnival ta' sentejn ilu nqabad ibiegħ qubbajt mingħajr ma ippanċja l-VAT.

    Justin Caruana kien mixli li fis-7 ta' Frar 2016, waqt spezzjoni ta' sorpriża fil-Belt Valletta, ħareġ irċevuta fiskali mhux korretta.

    Caruana tressaq fil-Qorti wara li spettur tal-VAT induna li fuq il-'cash register' ma kienx qed jippanċja il-5% VAT li hemm fuq dan it-tip ta' ħelu.

    Huwa appella għax qal li bħal ċertu prodotti oħra l-qubbajt huwa eżenti mill-ħlas tal-VAT.

    Madankollu l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ċaħditlu t-talba għax sostniet li fuq dan il-prodott hemm ħlas ta' 5% VAT.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0