Griezmann ma’ Barcelona b’mod uffiċjali

  • Lul 12, 2019 17:00
  • Miktub minn iNews
"

    Wara ġimgħat ta’ inċertezzi, sa fl-aħħar Barcelona ffirmaw lill-attakkant internazzjonali Franċiż, Antoine Griezmann, mingħand Atletico Madrid. Is-somma nvoluta hija dik ta’ £108 miljuni hekk kif iffirma kuntratt ta’ ħames snin li fih għandu klawsola ta’ £717-il miljun.

    Oriġinarjament, is-somma kellha tkun £180 miljun iżda l-Katalani qagħdu jistennew il-klawsola tinżel fil-valur tagħha minn £180 miljun għal £108 miljuni.

    L-ingaġġ ta’ Griezmann ifisser li huwa se jingħaqad ma’ Lionel Messi u Luis Suarez fl-attakk ta’ Barcelona.

    Iżda l-miġja tiegħu se tkun qed tfisser it-tluq ta’ Philippe Coutinho wara 18-il xahar fejn naqas li jħalli l-impatt mixtieq.

    Rapporti qed isostnu li huwa se jerġa’ jingħaqad ma’ Liverpool hekk kif ir-rappreżentanti taż-żewġ partijiet jinsabu f’taħditiet bejniethom.

    Fil-karriera tiegħu ta’ ħames snin ma’ Atletico, Griezmann lagħab 257 partita li fihom skorja 133 goal.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0