“Il-bajjiet pubbliċi għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd“... Azzjoni ta’ infurzar fuq żewġ bajjiet f’Għawdex

  • Lul 12, 2019 17:36
  • Miktub minn iNews
"

    Dalgħodu uffiċjali tal-infurzar tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu għamlu azzjoni ta’ infurzar fuq żewġ bajjiet f’Għawdex, dawk ta’ Imġarr ix-Xini u l-bajja tax-Xwejni. 

    Dan hekk kif f’dawn il-bajjiet bdew jiġu mikrija numru ta’ deckchairs bla permess maħruġ mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu.

    L-Uffiċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li żaru dawn iż-żewġ bajjiet ikkonfiskaw id-deckchairs u l- umbrelel li instabu hemm mingħajr permess.

    Fid-dawl tal-infurzar li sar fuq żewġ bajjiet f’Għawdex dalgħodu, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li is-settur tat-turiżmu huwa settur importanti ħafna għall-pajjiżna u għalhekk huwa importanti li nżommu l-ordni u nkunu b’saħħitna fuq l-infurzar, partikolarment f’żoni turistiċi u fuq il-bajjiet pubbliċi tagħna.

    Mizzi qal li l-infurzar tal-lum huwa turija ċara ta’ kif l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu mhu se taċċetta l-ebda azzjoni illegali li ttittieħed fil-gżejjer tagħna. Huwa għalhekk li fiż-żmien li ġej ser inkun qiegħed jiżdied l-isforzi l-aspett ta’ infurzar sabiex kulħadd jopera f’konformità sħiħa mal-liġi u mal-permessi mogħtija.

    Huwa kkonkluda billi qal, “Il-bajjiet pubbliċi għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd, inkluż it-turisti u l-Maltin u Għawdxin li jridu jagħmlu użu minnhom”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0