Meghan ikkritikata mill-ommijiet għal mod ta' kif żammet lil Archie

  • Lul 12, 2019 18:11
  • Miktub minn iNews
"

    Meghan Markle ġiet ikkritikata minn om­mijiet wara li ġew ippubblikati ritratti tagħ­ha terfa’ lit-tifel Archie. Bo­sta ommijiet qalu li hi ma kinitx qiegħda żżo­mm lit-tifel sewwa u kie­net tidher qisha se twaqqgħu minn ħin għall-ieħor. Din kienet l-ewwel ħarġa ta’ Archie.

    Fost dawk li kkummentaw kien hemm dawk li sostnew li hija xi ħaġa ċara li t-tifel ma tieħux ħsiebu hi u qalu li ċ-ċkejken żgur ma kienx komdu f’dik il-pożizzjoni.

    Minkejja dan oħrajn kienu ta’ sapport lejn Markle u qalu li hija “omm ta’ vera”. Huma żiedu jgħidu li din ija l-ewwel esperjenza tagħha u minnufih sabet minn jikkritikaha.

    Skont l-esperta Lucy Shrimpton, ma kien hemm xejn żbaljat fil-mod ta’ kif Markle kienet qiegħda żżomm lil Archie u żiedet tgħid li fil-verità temmen li din kienet il-pożizzjoni ideali ta’ kif iżżomm tarbija tat-twelid.

    Hija temmet tgħid li l-ġenituri jadattaw l-istili tagħhom ta’ kif iżommu lil uliedhom komdi u li din il-pożizzjoni hija waħda minn dawk rakkomandati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0