Kurt Farrugia jinħatar kap eżekuttiv ġdid tal-Malta Enterprise... kburi li ħadem spalla ma spalla “mal-aqwa Prim Ministru“

  • Lul 12, 2019 18:31
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Bord tal-Malta Enterprise ħatar lil Kurt Farrugia fl-irwol ta’ Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise. Farrugia se  jkun qiegħed jassumi l-kariga l-ġdida tiegħu mill-1 ta’ Awwissu.

    Fi stqarrija, il-Malta Enterprise rringrazzjat lill-Kap Eżekuttiv Mario Galea għall-ħidma tiegħu tul l-aħħar tliet snin.

    Iċ-Chairman tal-Malta Enterprise William Wait qal li l-esperjenza li kiseb Farrugia bi snin ta’ ħidma fit-tim tal-Prim Ministru, li ra rekord ta’ tkabbir ekonomiku u rekord ta’ investiment – se jkun qed iservi ta’ għajnuna biex il-Korporazzjoni tibni fuq is-suċċessi li kisbet matul dawn l-aħħar snin u b’hekk tibda fażi ġdida fl-iżvilupp tagħha.

    Żied jgħid li bil-kariżma u l-enerġija ta’ tiegħu, Farrugia se jkun qiegħed jgħin biex il-MaltaEnterprise tkun tista' tiffoka fuq esperjenzi fil-qasam tal-komunikazzjoni li se jkomplu jsaħħu l-Korporazzjoni.

    Intant fi tweet ippubblikata minnu Kurt Farrugia ddeskriva din il-bidla bħala waħda diffiċli u qal li jħossu onorat li fl-aħħar tnax-il sena ħadem spalla ma’ spalla mal-aqwa Prim Ministru.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0