Rebbieħa tat-Tony Award il-Musical Matilda se tittella’ f’Malta

  • Lul 15, 2019 11:58
  • Miktub minn iNews
"

    Uffiċjalment Masquerade se jttellgħu għall-ewwel darba f’Malta dan is-suċċess mużikali  f’April 2020…

    Rebbieħ ta’ bosta unuri l-Musical Matilda, adattat minn novella inkomparabbli tat-tfal ta’ Roald Dahl, se tittella’ f’Malta is-sena id-dieħla.

    Masquerade Malta ħabbru li akkwistaw id-drittijiet professjonali għal din il-produzzjoni rinomata mad-dinja kollha u li se ssir lokalment f’April 2020.

    “Eċċitati u kburin ħafna li qed inħabbru li aħna l-produtturi uffiċjali tal-Musical Matilda għas-sena d-dieħla.” qal  id-direttur artistiku ta’ Masquerade, Anthony Bezzina.

    “Għandna seba mitt sena biex naqsmu dan is-suċċess kbir mużikali ma l-udjenzi lokali. Aħna ċerti li l-Matilda perfetta biex tagħmel il-parti qeda hemm barra u rridu nsibuha!” qalilna b’antiċipazzjoni għas-sejħa tal- awdizzjonijiet (auditions).

    Is-Sunday Times ta’ Londra qalet li faċilment dan il-muscial jispikka bħala li rebaħ aktar minn 90 premju internazzjonali minbarra 23 oħra għall-aħjar mużikal. Il-Musical Matilda jirrakkonta storja ta’ kull żmien ta’ tifla li b’imaġinazzjoni fertili u moħħ astuż, tisfida biex tbiddel id-destin tagħha. 

    Il-Musical Matilda b’kitba ta’ Dennis Kelly u lirika oriġinali ta Tim Minchin,  intwera għall-ewwel darba mir-RoyalShakespeare Company fi Stratford-upon-Avon f’Novembru 2010, qabel ma ġie trasferit għal West End ta’ Londra fejn għadu sal-lum iferraħ udjenzi kbar u żgħir .

    Is-suċċess kbir tal-Musical Matilda jidher fil-bejgħ tal-biljetti kollha madwar id-dinja fosthom fi Broadway, fl-Awstralja u New Zealand, fl-Amerika, Ingilterra u l-Irlanda. Kien hemm ukoll produzzjoni mhux bl-Ingliż f’Seoul, il-Korea t’isfel

    Issa fil-lista uffiċċjali globali Masquerade ser ikunu qed iżidu lil Malta. L-ewwel grupp ta’ awdizzjoni ser isir aktar tard dan ix-xahar. Il-partijiet kollha f’Matilda  bħalissa huma miftuħin kollha u aktar dettalji jitħabbru dalwaqt. 

    Żommu ruħkom aġġornati dwar il-produzzjoni f’Malta ta’ Matilda l-Musical fuq www.masquerademalta.com 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0