Tarbija li mietet ftit wara li twieldet “tisparixxi” mill-kamra mortwarja ta’ sptar f’Tivoli … L-omm: “Irrid inkun naf il-verità”

  • Lul 15, 2019 19:18
  • Miktub minn iNews
"

    “Għiduli fejn jinsab il-ġisem tat-tifel tiegħi. Irrid inkun naf il-verità.” Kliem Melissa, omm żagħżugħa ta’ tarbija tat-twelid li mietet u “sparixxiet” bejn it-8 u l-20 ta’ Ġunju li għadda mill-kamra mortwarja tal-Isptar San Ġwann Evanġelista f’Tivoli, l-Italja, waqt li kienet qed tiġi intervistata fuq programm televiżiv Taljan. Fl-istess intervista, Melissa appellat biex kull min jaf b’xi ħaġa dwar binha, jmur u jirrapporta minnufih lill-Pulizija.

    L-istorja ta’ Melissa hi dik ta’ omm żagħżugħa milquta minn dulur kbir, hekk kif tilfet it-tarbija tagħha meta kienet għadha kif ġabitha fid-dinja. Traġedja doppja, meta, ftit tal-jiem wara ġiet infurmata li fil-kamra mortwarja ma kienx hemm aktar il-ġisem tat-tarbija. 

    Issa l-omm trid tweġibiet: “min hu responsabbli għal dan kollu kif jista’ jpoġġi rasu fuq l-imħadda? Min hu jaf li ħa l-ġisem ta’ tarbija mejta minn ommha.” Żiedet tgħid: “Jien naf li ħadd ma jista’ jġibuli lura, iżda għall-inqas għandi bżonn li nidfnu u nibki fuq it-tebut tiegħu. Irrid inkun naf il-verità. X’għamlu bit-tifel tiegħi?.”

    Sadanittant, b’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta filwaqt li ġie rrapportat kif il-ġisem tat-tifel kien trasferit minn Tivoli lejn Ruma biex jiġi “analizzat” imbagħad reġa’ ntbagħat lura lejn l-Isptar San Ġwann Evanġelista. Wara ftit jiem, il-ġisem tiegħu ngħad li sparixxa mill-kamra mortwarja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0