200 player tal-juniors tat-tennis minn 35 pajjiż differenti f’pajjiżna għall-”Malta Cup by Ten Pro”

  • Lul 16, 2019 00:39
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fejn ħabbru li Asciak Tennis Aca­demy ser torganizza tournament internazzjonali tat-tennis għall-juniors tal-ogħla livell f’Malta għall-ewwel darba.

    Dan il-kampjonat internazzjonali mistenni jġib lejn pajjiżna mal-200 player tal-juniors tat-tennis mill-kategoriji tal-Under 10 sal-Under 16.

    Il-players għal dawn il-kampjonati se jkunu ġejjin minn 35 pajjiż differenti mill-ħames kontinenti akkumpanjati mill-kontiġenti rispettivi tagħhom. Dan it-tournament se jkun immexxi mit-team ta’ “Malta Cup by Ten Pro” u se jittella’ bejn is-27 ta’ Lulju u l-1 ta’ Awwissu fil-Marsa Sports Club.

    Il-Ministru Ian Borg tenna l-appoġġ tal-Gvern għal kull inizjattiva sportiva u faħħar lil Property Malta tal-kontribut finanzjarju li qed tagħti sabiex dan it-tournament ikun jista’ jseħħ. Huwa esprima wkoll l-impenn tal-Ministeru li jkompli jagħmel aktar investimenti favur faċilitajiet sportivi tal-ogħla kwalità.

    “Dawn l-investimenti huma flus li qed imorru għand iż-żgħażagħ tagħna, għand l-atleti tagħna, investiment f’at­titudni li tħaddan u tagħti importanza lill-prattika tal-isport. Se nkomplu ninvestu f’aktar faċilitajiet, bħalma rajna l-football pitch ta’ Marsaskala ftit taż-żmien ilu, il-club tar-Regatta ta’ Birżebbuġa, u diversi faċilitajiet oħrajn, u b’dan il-mod se nkomplu naraw kif inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ kull faxxa tas-soċjetà tagħna, inkluż il-faxxa sportiva. Nawgura għal tournament mill-aqwa,” qal il-Ministru Borg.

    Waqt l-indirizz tiegħu s-Segretarju Parlamentari Clifton Grima saħaq li huwa ta’ unur għal Malta li se tkun qed tospita dan l-avveniment ta’ dan il-livell u li dan il-kampjonat qed ikompli jikkonferma l-investiment li qed jagħmel il-Gvern għat-tkabbir sportiv f’pajjiżna u li anke jikkontribwixxi fis-settur turistiku.

    “Irridu nassiguraw li ż-żgħażagħ tagħna ma jħarsux lejn l-aspett akkademiku biss imma wkoll li issa għall-ewwel darba f’pajjiżna l-atleti li qed jieħdu l-edukazzjoni f’livell post sekondarju se jkollhom il-possibbiltá li jkunu akkreditati għad-dixxiplina sportiva bħala suġġett intermedjarju.

    “Bil-fatti, bħala parti mill-istrateġija nazzjonali għall-isport, qed nagħtu l-prestiġju mistħoqq lil dawn l-atleti li se jkunu jistgħu proprju jamalgamaw id-dixxiplina sportiva mal-karriera u l-istudji akkademiċi,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Grima.

    It-Ten Pro torganizza madwar 14-il tournament madwar l-Ewropa, 3 fl-Istati Uniti u 1 fl-Awstralja li se jsir fl-2020.

    Dan it-tournament hu sponsorjat minn SportMalta, Pro­perty Malta u l-Malta Tourism Authority.

    Preżenti għal din il-konferenza stampa kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà Chris Agius, iċ-chairman ta’ SportMalta Luciano Busuttil, iċ-chairman ta’ Property Malta Sandro Chetcuti, u Gordon Asciak minn Asciak Tennis Academy.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0