“Affarijiet żgħar li jiswew ħafna għal persuni b'nuqqas ta' mobilità“ - Oliver Scicluna

  • Lul 16, 2019 19:33
  • Miktub minn iNews
"

    “Tapprezza kull sforz li jsir, meta għaqda partikolari tagħmel affarijiet zgħar li jiswew ħafna għal persuni b'nuqqas ta' mobilità. Napprezza li tal-inqas il-mewġ mhux kollu kontrina u nawgura li ħafna oħrajn jieħdu l-eżempju tagħkhom.“ Din kienet ir-reazzjoni tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna rigward rampa mpoġġija qalb l-armar fiż-Żurrieq.

    Dan wara li bosta kellhom kliem ta’ tifħir għal inizjattiva mis-Soċjetà Karmelitana Banda Queen Victoria fiż-Żurrieq. Dan hekk kif is-Soċjetà bil-kollaborazzjoni tas-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva u bis-saħħa tal-fond “Festi Inklussivi” qed tarma palk li se jkun aċċessibbli b’rampa adegwata għal siġġijiet tar-roti.

    Scicluna sostna li dawn l-affarijiet se jkunu qegħdin jiffaċilitaw il-ħajja ta' persuni li jbatu biex ikunu indipendenti u ħeġġeġ aktar għaqdiet ikomplu fuq dawn il-passi.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0