€89,434 għall-familja ta' ħaddiem li miet bl-absestos

  • Lul 16, 2019 20:24
  • Miktub minn iNews
"

    Familja ta' eks-ħaddiem tat-Tarzna li miet wara li kien espost għall-asbestos se tingħata kumpens ta' €89,434 wara li tliet imħallfin laqgħulha t-talba biex il-kumpens jiżdiedu mit-€30,000 li kienu ngħataw minn imħallef.

    Lawrence Grech, martu Susan u wliedhom Alison, Brenda Lee u Jacob kienu fetħu l-kawża fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili kotra t-Tabib Prinċipali tal-Gvern, il-Kummissarju tal-Pulizija, l-Awtorita dwar is-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol u l-Avukat Ġenerali.

    Grech kien daħal jaħdem mal-Malta Drydocks fl-1974 u dam sal-2008 fejn imbagħad daħal ma' kumpanija qabel beda jaħdem għal rasu bħala mastrudaxxa.

    Kien f'Jannar 2013 li beda jħossu ma jiflaħx u mill-eżamijiet mediċi rriżulta li kien qed ibati mill-kanċer tat-tip mesothelioma. Huwa miet f'Diċembru 2014 fl-eta ta' 57 sena.

    Il-kawża tkompliet minn martu u wliedu u għalkemm il-Prim'Awla tal-Qorti laqgħetilhom it-talba u tathom €30,000 kumpens huma appellaw fil-Qorti Kostituzzjonali għax saħqu li dan ma kienx biżżejjed għat-tbatija li għaddiet minnha l-familja.

    Il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi u l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Noel Cuschieri laqgħulhom it-talba u ikkonkludew li l-kumpens kellu jiżdied biex jirrifletti l-fatt li kien għadu pjuttost żgħir fl-eta u t-tul ta' żmien li dam ibati hu u l-familja.

    Kien għalhekk li mal-kumpens non-pekunjarju (jiġifieri kumpens li ma jistax jiġi ikkwantifikat) ta' €30,000 ordnaw li l-familja Grech tingħata wkoll kumpens pekunjarju (li jista' jiġi ikkwantifikat) ta' €59,434 għal total ta' kumpens ta' €89,434.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0