Ir-regoli tat-traffiku huma għodod li jsalvaw il-ħajjiet...bżonn li jiġu evitati l-inċidenti biex ma jitħarbatx demm

  • Lul 16, 2019 20:39
  • Miktub minn iNews
"

    “Ir-regoli tat-traffiku huma għodod li jsalvaw il-ħajjiet – Traffic rules are life-saving tools”.

    Dan huwa wieħed min notifiċi li qed jidhru fuq l-iskrins tal-messaġġi varjabbli li jiġu immaniġġjati miċ-Ċentru tal-Kontroll tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta. B’rabta ma’ dan, tajjeb li wieħed jisħaq fuq l-importanza li dawn ir-regoli jiġu osservati lejl u nhar bil-għan li jonqsu l-inċidenti li jafu jiswew il-ħajjiet. Hawn tajjeb ukoll li wieħed iżomm f’moħħu l-konsegwenzi li jkollu jaffaċċja meta jispiċċċa vittma ta’ inċident gravi, u għad-detriment  ta’ pazjenti oħra titħarbat ir-riserva tad-demm speċjalment meta għadd ta’ karozzi u numru ta’ nies ikunu involuti fl-istess inċident.

    Quddiem dawn il-possibiltajiet, Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jappella għal dixxiplina personali fuq kulmin juża t-toroq, għall-ħarsien tar-regoli tat-traffiku, u fejn hu possibbli wieħed għandu jikkonsidra bis-serjetà biex jersaq u jagħti d-demm ukoll għall-benefiċċju ta’ tant morda fl-isparijiet tal-gżejjer Maltin.

    Intant dawk li ser jieħdu din id-deċiżjoni għandhom jersqu biex jagħtu d-demm:

    -fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM mit-8:00am sas-6:00pm (l-aħħar dħul fis-6:00pm).

    - fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 21 ta’ Lulju ser ikun disponibbli għall-għoti tad-demm minn maġenb il-Knisja tas-Salib Imqaddes, Żona Sant Andrija, Ħaż-Żabbar. Il-ħin disponibbli għal-għoti tad-demm ikun mit-8:30am sas-1:00pm.

    - fil-Berġa tax-Xewkija f’Għawdex li nhar Il-Ħadd 21 ta’ Lulju ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

    Huwa importanti li qabel wieħed jagħti d-demm jiekol u jixrob, kif ukoll iġib il-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti. Possibbilment wieħed  għandu jħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0