Għaqdiet u NGOs b'oġġezzjonijiet u proposti dwar il-proġett tas-Central Link

  • Lul 17, 2019 13:45
  • Miktub minn iNews
"

    Numru ta’ għaqdiet u NGOs filwaqt li esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-Proġett tas-Central Link ressqu numru ta’ oġġezzjonijiet fir-rigward ta’ kif dan il-proġett se jkun qed jaffettwa lir-residenti u liż-żona rurali tal-madwar.

    L-Attard Residents Enwironmental Network u l-Bicycle Advocay Group, flimkien ma’ NGOs oħrajn, saħqu li dan il-proġett se jkun qed iwassal biex jinqerdu 48,000 metri kwadri ta’ art agrikola. Tennew li dan l-ispazju se jkun qed joħloq spazju għal korsiji ġodda tal-karozzi, slip lanes, u junctions enormi, mingħajr ma ġie kkunsidrat il-fatt li dan il-proġett se jwassal għal domanda akbar.

    Tennew ukoll li aktar minn 600 siġra matura, uħud minnhom protetti u uniċi, se jkollhom jinqerdu biex iwittu t-triq għat-triq il-ġdida.

    Qalu li l-proġett se jkun qed iħalli impatt fuq numru ta’ infrastrutturi kulturali fil-viċinanzi tal-Kappella ta’ San Pawl li se jkollhom jitwaqqgħu jew inkella se jkunu fir-riskju li ssirilhom il-ħsara kemm waqt ix-xogħlijiet kif ukoll meta tinfetaħ it-triq għall-użu.

    Saħqu li numru kbir ta’ residenti se jiġu iżolati miċ-ċentru tar-raħal b’żewġ toroq maġġuri li se jżidu t-tniġġis tal-arja u d-dipendenza fuq il-karozza.

    Dan apparti t-tniġġis tal-arja u tal-ħoss li se jkun iġġenerat mit-traffiku għaddej minn Triq Oliver Agius, Triq Ferdinand u Triq Tumas Chetcuti, li se jkun qed jiżdied drastikament.

    Saħqu wkoll li minkejja l-proġett, it-traffiku li jgħaddi minn Ħ’Attard minn Triq Ħal Warda, Triq iż-Żagħfran u Triq in-Nutar Zarb mhux se jitnaqqas. Apparti l-inkonvenjenza u ż-żieda fit-traffiku, l-għaqdiet saħqu li l-junctions mir-Rabat sal-MFSA se jagħmluha perikoluż għal min ikun bir-rota jew bil-mixi minħabba li huma skonnettati.

    Temmew jirrimarkaw li r-residenti taż-zona ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan u Birkirkara u n-nies minn dawn l-inħawi mhux se jkollhom netwerk bażiku ta’ rotot bir-roti, u n-nuqqas ta’ dan, flimkien man-nuqqas ta’ żoni siguri pedonali se jkunu qed jiskoraġġixxu lin-nies milli tagħmel użu minn mezzi ta’ trasport alternattiv.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0