“Mhix se taqa' d-dinja jekk fallejt eżami … fallejt kemm ’il darba, jumejn oħra niggradwa”

  • Lul 17, 2019 14:31
  • Miktub minn iNews
"

    L-edukazzjoni hija proċess interessanti li taf toffri sfidi ġodda li jwassluk għal esperjenzi li ma tistennihomx

    Tfajla li fl-aħħar sigħat fetħet qalbha dwar l-esperjenza tagħha bdiet biex tispjega li l-ħajja taf tkun iebsa, iżda li l-premju wara l-isfidi li taf toffrilek jaf ikun aktar minn sodisfaċenti.

    Hija bdiet biex tispjega li sa mill-eżamijiet tal-O levels kellha l-ewwel diżappunt fir-riżultat tal-Bijoloġija. Fl-eżamijiet li segwew ħasset li kienet qiegħda tfalli wara li naqset milli tikseb riżultati mixtieqa.

    Minn hemm bdiet esperjenza ġdida l-ITS, l-ewwel sena kienet suċċess, iżda mhux l-istess jista’ jingħad għat-tieni waħda għax spiċċat ħalliet l-kors mingħajr kisba taċ-ċertifikat.

    Ta’ 24 sena hija siefret lejn Londra fejn fi żmien sena kisbet diploma fil-kant. Ta’ 28 sena bdiet degree fuq l-istess linja u fi żmien jumejn se tkun qiegħda tiggradwa b’unuri bl-għola grad f’Creative Musicianship mill-Università ICMP f’Londra.

    Hija temmet tappella lil dawk kollha li ma kisbux ir-riżultati mixtieqa u saħqet li b’daqshekk ma tispiċċax id-dinja. Kulħadd għandu potenzjal jasal fejn jixtieq u jekk tkun realistiku miegħek innifsek int ukoll tista’ tasal biex twettaq l-ħolm tiegħek… “Emmen bis-sħiħ fil-ħolm tiegħek u aħdem qatigħ!“

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0