Aktar nies jaqsmu lejn Għawdex

  • Lul 17, 2019 16:20
  • Miktub minn iNews
"

    Skont ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, matul it-tieni kwart tas-sena, 1,575,472 passiġġier qasmu l-fliegu, żieda ta’ 2.6% fuq l-istess perjodu s-sena l-oħra. 

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana laqgħet b’sodisfazzjon dawn iċ-ċifri u rrimarkat li din iż-żieda fiċ-ċifri mhix żieda ta’ koinċidenza imma riżultat ta’ pjan għaqli u fit-tul li qed jimplimenta il-Ministeru akkumpanjat minn strateġija serja ta’ reklamar. Il-Ministru Caruana qalet li l-Ministeru għal Għawdex fassal pjan ambizzjuż imma b’miri tanġibbli biex verament Għawdex ikun l-għażla naturali u attrazzjoni turistika matul is-sena kollha. Il-Ministru Caruana stqarret li bl-għadd ta’ avvenimenti kulturali li qed toffri din il-gżira, liema avvenimenti qed jolqtu l-gosti ta’ kulħadd, qed inkomplu nattiraw lejn xtutna numru dejjem jikber ta’ viżitaturi.

    Il-Ministru għal Għawdex innotat ukoll żieda fil-vjaġġi li l-kumpanija Gozo Channel għamlet matul dan il-perjodu fejn fix-xahar ta’ Ġunju saru l-aktar ammont ta’ vjaġġi - 2,318. Il-Ministru Justyne Caruana qalet li dan in-numru seta jintlaħaq peress li ġie introdott ir-raba’ vapur tal-Gozo Channel u b’hekk setgħet tiġi aġġornata l-iskeda tal-kumpanija fejn żdiedu l-vjaġġi biex eventwalment qed jibbenefikaw dawk kollha li jaqsmu l-fliegu.

    Il-Ministeru għal Għawdex għaddej b’ħidma biex ikompli jitjieb il-prodott turistiku u kulturali Għawdxi. Din hija parti mill-viżjoni tal-Ministeru għal Għawdex li qed titwettaq b’ritmu mgħaġġel. Is-suċċess u r-riżultati jitkellmu waħedhom u rridu nkomplu fit-triq u r-ritmu li qbadna biex inkomplu niksbu aktar riżultati sodisfaċenti, ikkonkludiet il-Ministru Caruana.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0