“Min hu sinjur għandu jgħin lil min hu inqas minnu”

  • Lul 19, 2019 09:19
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    In-negozjant Maurice Mizzi jħoss li min hu sinjur għandu jgħin lil min hu inqas minnu. Isostni li hekk kif bħalissa pajjiżna għaddej minn żmien pożittiv, m’għandux ikun hemm nies li jaqgħu lura. 

    Permezz tal-Fondazzjoni Spiro Mizzi hu qiegħed jaħdem ma’ tfal mill-ibliet tal-Kottonera biex kemm jista’ jkun dawn ma jaqgħux lura. Fl-istess waqt qiegħed jipprovdilhom il-mezzi biex ikollhom iċ-ċans li jitgħallmu aktar. 

    Maurice Mizzi spjegalna li bejn l-2015 u l-2018 il-fondazzjoni tat mal-€50,000 f’fondi permezz ta’ proġetti differenti li saru fil-Kottonera. Il-proġetti mgħejjuna kienu jinkludu l-Proġett Southern Comfort, in-nursery tal-Kottonera u sponsorship għal tifel mill-Kottonera biex jipparteċipa fil-programm tax-xitwa tal-Inspire. Il-fondazzjoni għenet ukoll liċ-ċentru tal-katekeżi tal-Birgu, tat fondi għal workshop biex jiġu żviluppati l-ħiliet tat-tfal u sponsorjat xogħlijiet fl-Iskola Primarja tal-Isla. Saret ukoll donazzjoni ta’ żewġ strumenti tal-banda u ngħataw fondi għall-proġett “Jien Naf” li permezz tiegħu twaqqaf ċentru għat-tagħlim tal-adulti fl-Isla. Ingħataw ukoll fondi oħra lill-iskola primarja tal-Isla, u għaċ-ċentru tal-katekiżmu fil-Birgu. 

    Din is-sena, diġà ngħataw b’aktar minn €35,000 oħra.  

    Diversi proġetti mgħejjuna

    Fost l-oħrajn, il-fondazzjoni ħadmet ma’ studenti mill-Iskola tas-Sagra Familja f’Bormla, fejn qed ikun hemm erba’ għalliema disponibbli biex jgħallmu lil dawk l-istudenti li jkunu jridu jitgħallmu aktar wara l-iskola. 

    Mizzi semma wkoll kif xahrejn ilu ġie kkuntattjat mill-iskola tal-Verdala u talbuh l-għajnuna biex jipprovdilhom kompjuters żgħar għall-istudenti. Sostna li llum li l-kompjuters saru parti essenzjali minn ħajjitna, dawn l-affarijiet huma importanti li jkollhom l-istudenti. Barra minn hekk, kellu kliem ta’ tifħir għall-iskola u dawk li jmexxuha. 

    Matul din is-sena, il-fondazzjoni qiegħda tgħin ukoll lill-Iskola Primarja tal-Isla fejn qed isir proġett pilota li permezz tiegħu l-ġenituri jkunu jistgħu jitgħallmu flimkien mat-tfal tagħhom. Il-fondi qegħdin jingħataw biex jitħejjew il-kmamar fejn jitgħallmu. 

    Dan il-proġett hu relatat mal-innovazzjoni. Peress li t-teknoloġija biddlet l-istil ta’ ħajja li ngħixu, il-mod kif naħdmu u anke l-mod kif ninteraġixxu bejnietna, allura sar għandna sfidi ġodda u opportunitajiet biex nitgħallmu affarijiet li qabel ma konniex nafu bihom. Però, anke fil-mod kif nitgħallmu jrid jinbidel l-istil biex jinkludi t-teknoloġija ġdida. 

    Għal dan il-għan, l-Iskola Primarja tal-Isla qiegħda tipproponi li jinħolqu spazji ta’ tagħlim għal-litteriżmu diġitali. Għalhekk qiegħda talloka żewġ klassijiet konnessi bejniethom biex jintużaw għall-proġett. Il-proġett għandu żewġ għanijiet. L-ewwel wieħed hu li waqt il-ġranet tal-iskola, l-għalliema tal-iskola tal-Isla jkunu jistgħu jużaw dawn l-ispazji, filwaqt li filgħaxija l-komunità se jkollha aċċess għal dawn ir-riżorsi biex ikunu jistgħu jgħaqqdu x-xogħol li jkun sar l-iskola mal-ambjent tad-dar. Għaldaqstant, il-proġett jinkludi tliet oqsma importanti li jinkludu l-infrastruttura, il-programmi ta’ tagħlim u r-riżorsa umana. 

    Għal dan il-proġett, il-Fondazzjoni Spiro Mizzi tat €10,000, filwaqt li €3,000 se jkunu qegħdin jingħataw fit-tliet xhur li ġejjin. 

    Aktar minn €35,000 fl-2019

    Matul l-ewwel sitt xhur tas-sena, il-Fondazzjoni Spiro Mizzi diġà tat b’aktar minn €35,000 lil organizzazzjonijiet fil-Kottonera. 

    Fil-fatt, ġew allokati €13,000 għall-proġett tal-Iskola Primarja tal-Isla li semmejna aktar ‘il quddiem, flimkien ma’ €5,000 liċ-ċentru taż-żgħażagħ tas-Sależjani tal-Isla. Ingħataw €5,000 oħra liċ-ċentru tal-katekiżmu tal-Birgu u €870 lill-Każin tal-Banda San Ġorġ għall-uniformijiet tal-banda. 

    Ingħataw ukoll fondi oħra lill-Iskola Sekondarja Santa Margerita tal-Verdala, lid-Dar Sagra Familja u lill-Arċipriet tal-Isla Robin Camilleri għar-restawr ta’ djarji storiċi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0