Mużiċisti Żgħazagħ Melliħin b'Kunċert Orkestrali

  • Lul 20, 2019 09:30
  • Miktub minn iNews
"

     

    Kunċert Annwali minn The Junior Choir and Orchestra, fi ħdan l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tal-Mellieħa

    The Junior Choir and Orchestra, fi ħdan l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina tal-Mellieħa, se tkun qiegħda ttella’ kunċert annwali bl-isem ta’ Annual Live Concert 2019 nhar il-Ħamis l-1 t’Awwissu fi Triq il-Parroċċa l-Mellieħa u li jibda fis-7.30pm, eżattament quddiem is-sede tal-istess Għaqda fi Triq il-Parroċċa.  Dan il-kunċert, li se jkun magħmul minn grupp ta’ mużiċisti tfal u żgħażagħ Melleħin, kif ukoll studenti ta’ din l-istess Għaqda, se jkun qiegħed ifakkar l-10 sena mit-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-bini ta’ din l-istess sede.  Din is-serata se tkun magħmula minn għażla vasta ta’ mużika li tolqot il-gosti ta’ kulħadd, fosthom mużika klassika, kontemporanja, mużika minn films u ħafna aktar.  

    The Junior Choir and Orchestra se tkun taħt id-direzzjoni ta’ Wayne Bartolo, filwaqt li l-kor ġie ppreparat minn Kristina Marie Vella.  

    Lejn l-aħħar ta’ dan il-kunċert, b’sodisfazzjon kbir, l-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina se tkun qiegħda żżanżan frontispizju ġdid maħdum mis-Sur Edward Debono, membru ta’ din l-Għaqda.  Kulħadd huwa mistieden għal dan il-kunċert mużikali flimkien mal-kxif tal-frontispizju li żgur se jkompli jsebbaħ il-faċċata tad-Dar tal-Għaqda fi Triq il-Parroċċa l-Mellieħa.  

    L-appuntament annwali sussegwenti ta’ din l-Għaqda jkun xahar biss il-bogħod, propju propju l-Ħadd l-1 ta’ Settembru.  L-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina ttella’ l-kunċert annwali tagħha fil-Pjazza tal-Parroċċa bis-sehem tal-kor u l-orkestra principali tagħha fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Marija Bambina fil-Mellieħa, kunċert li kiseb popolarita’ kbira u li jkun mistenni minn ħafna. 

    Dettalji fuq dan il-kuncert jingħataw aktar ‘il quddiem. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0