‘Upgrade’ fil-‘credit rating’ ta’ pajjiżna minn Moody’s

  • Lul 20, 2019 10:36
  • Miktub minn iNews
"

    L-aġenzija internazzjonali Moody’s għolliet ir-rating ta’ pajjiżna għal A2 “stable”. Malta kienet ilha 11-il sena ma tirċievi upgrade minn din l-aġenzija. Fl-2011 u fl-2012 ir-rating ta’ pajjiżna kien saħansitra tnaqqas b’mod ripetut imbagħad kien inżamm fil-livell ta’ ‘A3’ tul is-seba’ snin suċċessivi. 

    L-upgrade fir-rating mill-aġenzija Moody’s ifisser li, mill-bidla fil-gvern fl-2013, l-erba’ aġenziji ta’ ratings internazzjonali kollha tejbu l-assessment tagħhom dwar pajjiżna. Dan jikkuntrasta mal-ħames downgrades li pajjiżna kellu fil-leġiżlatura ta’ bejn l-2008 u l-2012. 

    Fil-laqgħa tar-rating committee li wasslet għat-titjib fir-rating kien innutat li, imqabbel mal-laqgħa preċedenti, “the issuer’s institutional strength/framework has increased” kif ukoll li “the issuer’s fiscal or financial strength, including its debt profile, has materially increased”.

    Fir-rapport tagħhom l-esperti ta’ din l-aġenzija internazzjonali qalu li d-deċiżjoni tagħhom kienet tirrifletti “the continued improvement of Malta’s fiscal strength, on the back of a prudent fiscal stance and enhanced fiscal policy framework” u “Malta’s strong medium-term growth prospects”.

    L-esperti ta’ Moody’s innutaw li minn piż rekord ta’ 70% tal-ġid nazzjonali fl-2011, is-sena d-dieħla il-piż tad-dejn pubbliku mistenni jonqos għal 40%. B’riżultat ta’ dan it-titjib, il-piż tal-imgħax fuq id-dejn naqas bin-nofs. L-esperti ta’ Moody’s sostnew li t-tnaqqis fil-piż tad-dejn nazzjonali kien dovut għat-tkabbir ekonomiku li wassal għal żieda fid-dħul tal-gvern. Innutaw ukoll li l-ispiża tal-gvern inżammet taħt kontroll. 

    Ir-rapport ta’ Moody’s jirrimarka li fis-snin li għaddew il-gvern daħħal riformi li saħħew il-qafas tat-tmexxija tal-finanzi pubbliċi fosthom it-twaqqif ta’ kunsill fiskali kif ukoll spending reviewsf’diversi oqsma. L-esperti internazzjonali faħħru wkoll it-titjib fil-qagħda tal-kumpaniji pubbliċi speċjalment l-Enemalta u l-Air Malta, meta dawn issa saru jagħmlu profitt u d-dejn tagħhom tnaqqas konsiderevolment. 

    Dwar l-ekonomija Maltija r-rapport jgħid li “the rating agency believes that Malta’s medium-term potential growth rate will remain elevated compared to most European peers”. L-esperti internazzjonali nnutaw it-tkabbir f’diversi oqsma, inkluż it-turiżmu, filwaqt li sostnew li fadal prospetti pożittivi għal dawn l-industriji.

    Ir-rapport ta’ Moody’s kien pożittiv ukoll dwar il-pjanijiet tal-gvern biex itejjeb l-infrastruttura ta’ pajjiżna b’investiment qawwi kif ukoll għall-miżuri li qed jittieħdu fil-qasam tal-housing. Skont l-esperti ta’ Moody’s, it-twettiq ta’ dawn il-pjanijiet “will continue to support Malta’s growth prospects”.

    Il-gvern hu kommess li jkompli jaħdem biex pajjiżna jikseb riżultati dejjem aħjar bil-għan li l-ġid jibqa’ jinħoloq u jasal għand kulħadd.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0