Sal-aħħar tas-sajf, “irridu nħabbru l-pjan ta' tkabbir għall-Air Malta“

  • Lul 20, 2019 11:10
  • Miktub minn iNews
"

    F'kumment dirett ma' inewsmalta, il-Ministru Konrad Mizzi appella biex il-linja tal-ajru nazzjonali, l-Air Malta, u l-Assoċjazzjoni tal-Piloti (ALPA) "fil-ġranet li ġejjin, għandhom ipoġġu bilqegħda u jiddiskutu fuq il-kwistjonijiet li għandhom. Sa' fejn jiena infurmat, mhemmx tiżgwid kbir bejn it-tnejn, tant li qablu fuq il-maġġur parti tal-punti li tressqu."

    "Jiena nixtieq li din il-kwisjtoni tiġi riżolta fil-ġranet li ġejjin, u din għal raġuni sempliċi: Biex sat-tmiem ta' dan is-sajf, inkunu nistgħu nħabbru pjan ta' tkabbir għall-Air Malta, fost l-oħrajn l-investiment li ser isir għal flotta ġdida, kif ukoll il-programm ta' espansjoni li nixtiequ nwettqu."

    Mistoqsi jekk il-Gvern hux sejjer jerġa lura mid-deċiżjoni tiegħu li jiċħad it-talba tal-ALPA, fejn il-Gvern kien qiegħed jintalab jaġixxi bħala garantur biex il-piloti jibqgħu jibbenefikaw minn massimu ta' €700,000 kull wieħed, taħt l-iskema ta' rtirar kmieni introdotta taħt Gvern Nazzjonalista, il-Ministru Mizzi wieġeb fin-negattiv: "Il-pożizzjoni tagħna kienet u għadha ċara: Dawn affarijiet li ma jsirux."

    "Pero, għamilniha ċara, kemm mal-bord tal-Air Malta, kif ukoll mal-ALPA, li t-tnejn li huma għandhom ipoġġu bilqegħda u jiddiskutu fuq il-kwistjonijiet komuni li għandhom."

    It-talba saret minn grupp "b'motivazzjoni politiċi"

    Intant, b'reazzjoni għall-aħbar li l-Qorti laqgħet it-talba tal-għaqda non-governattiva Repubblika, biex issir inkjesta maġisterjali fuq il-ftehim li seħħ mill-Gvern mal-kumpanija Vitals fuq il-konċessjoni ta' tlett sptarijiet pubbliċi, il-Ministru Mizzi akkuża lil Repubblika li "għandha motivazzjoni politiċi" wara t-talba tagħhom.

    Mizzi stqarr ukoll li hija "ma deħlitx fil-mertu tal-inkjesta, fil-kontenut tat-talba ta' Repubblika, jew inkella tar-risposti li aħna tajna, li fl-opinjoni tagħna kienu dettaljati ħafna. Id-deċiżjoni tal-bieraħ, sempliċiment rreferiet għal maġistrat inkwerenti."

    "Min-naħa tagħna, fid-dritt li għandna bħala ċittadini u kwerelanti f'dan il-każ, aħna sejrin nirreferu din id-deċiżjoni għal appell, u nappellaw kontra din l-inkjesta maġisterjali."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0