Delia fiduċjuż li l-PN se jissaħħaħ... jistaqsi għaliex il-proprjetà tal-PN mhix tagħmel tajjeb għad-dejn tal-partit

  • Lul 20, 2019 11:48
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt intervista diretta fuq Net FM, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ddeskriva l-ħidma tiegħu fil-partit li f’sentejn qatt ma waqfet. Delia ddeskriva s-sitwazzjoni tiegħu fil-preżent qal li hija pożittiva ħafna fejn fil-mument qiegħed ikompli jiltaqa’ ma’ persuni li qed jiġu bl-ideat lejn il-Partit Nazzjonalista.

    Delia ddeskriva lill-partit bħala partit ħaj u qal li hu għandu l-kuraġġ li “jgħaddi minn ġon-nar biex noħorġu aktar b’saħħitna”. Delia żied jgħid li min irid jagħmel il-ħsara lill-partit m’għadx hemm postu fil-PN u ħeġġeġ lin-nies biex jersqu bl-opinjoni tagħhom dwar x’għandha tkun il-viżjoni. “L-għaqda mhux kollox, iżda mingħajr l-għaqda mhi xejn”, kompla l-kap tal-partit. 

    Delia żied jgħid li waħda mir-riċerki tiegħu kienet x’qiegħed jiġri mill-proprjetà tal-Partit Nazzjonalista. Huwa qal li l-parti amministrattiva jeħtieġ li tkun aktar lineari. Minkejja din il-ħidma Delia qal li hu stess kien imfixkel milli jiskopri għalfejn f’perjodu fejn is-suq tal-kera qiegħed daqstant b’saħħtu, il-proprjetà tal-partit ma kinitx qiegħda tagħmel tajjeb għad-dejn tal-partit.

    Rigward il-proġett tac-Central Link Delia qal li l-gvern kien qal li se jagħti prijorità lill-ambjent. Qal li minflok il-gvern qiegħed jirrovina l-istess ambjent. Delia qal li l-Partit Nazzjonalista fil-gvern ikun qiegħed jieħu d-deċiżjonijiet billi jħares l-ambjent.

    Delia qal li qed jiżdied in-numru ta’ persuni li jmutu minħabba t-tniġġiż fl-arja. Delia qal li l-mewt hija inevitabbli, iżda jekk hemm xi ħaġa li nistgħu nirranġaw jeħtieġ li din issir.

    Delia qal li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jaħdem fuq sistema ta’ trasportazzjoni tal-massa. Kompla biex jgħid li dan il-gvern mhuwiex konsistenti għax filwaqt li jrid ħafna aktar karozzi li jaħdmu bl-elettriku, qiegħed ikompli jaħdem b’din l-istrateġija li "tirrovina l-ambjent".

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0