Sar xogħol sostanzjali biex ġiet żviluppata l-bażi tal-prinċipju “Once Only”

  • Lul 20, 2019 14:53
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    Matul dawn l-aħħar xhur, sar xogħol sostanzjali biex tiġi żviluppata l-bażi fuq xiex se  jiġi implimentat il-prinċipju magħruf bħala “Once Only”. Permezz ta’ din il-pjattaforma, iċ-ċittadin se jkun jista’ jipprovdi l-informazzjoni personali tiegħu lill-Gvern għal darba waħda biss u bil-permess tiegħu din l-informazzjoni tkun tista’ tiġi maqsuma mad-dipartimenti kollha fi ħdan il-Gvern.  

    Biex dan ikun possibbli, se jkun hemm portal ewlieni li jaħżen id-dejta kollha ta’ Malta. L-uffiċċju tal-Kap taċ-Ċivil ikkonferma ma’ inewsmata li dan il-portal jinsab fi stat avvanzat ta’ ttestjar u se jkun qiegħed jiġi mniedi pubblikament fix-xhur li ġejjin. 

    Dan il-portal se jipprovdi aċċess għal katalgu ta’ reġistri pubbliċi b’bażi legali, li se jiffaċilita l-viżibilità tad-dejta disponibbli, b’rispett sħiħ għal-limitazzjonijiet legali fis-seħħ u għalhekk ikun jista’ jsir ftehim bejn uffiċċji differenti responsabbli mid-dejta rispettiva biex tkun tista’ terġa tintuża fil-parametri tar-Regolament Ġenerali tal-Unjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-Protezzjoni tad-Data Att 2018 tal-Liġijiet ta’ Malta.  

    Il-“Once Only Principle” hu wieħed mill-pilastri fuq xiex inhu mibni l-proġett CONvErGE, li għandu l-għan li jiffaċilita u jtejjeb l-użu tas-servizzi pubbliċi onlajn. Dan il-proġett jinsab fit-tieni sena ta’ implimentazzjoni u skont l-uffiċċju tal-Kap taċ-Ċivil il-prestazzjoni ġenerali qabżet il-miri stabbiliti. 

    Fil-fatt, spjega li matul l-2018 ġew żviluppati ħames servizzi elettroniċi ġodda li bħalissa huma disponibbli għall-użu u mmirati lejn udjenza fl-oqsma ‘Government-to-Government’, ‘Government-to-Citizen’ u ‘Government-to-Business’. L-uffiċċju tal-Kap taċ-Ċivil qal li s-servizzi mnedija jkopru l-aspett turistiku, edukattiv, it-tisħiħ fl-infrastruttura tar-regolatur tal-gaming f’Malta, il-ġustizzja u t-tisħiħ fl-infrastruttura f’każi ta’ diżastri nazzjonali. Qal ukoll li fl-2019, qiegħda ssir ħidma biex jiġu mnedija servizzi ġodda li se jkunu aċċessibbli fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. 

    Intant, fis-17 ta’ Ġunju ġie mniedi l-Pjan Strateġiku għat-Trasformazzjoni Diġitali tal-Amministrazzjoni Pubblika għas-snin 2019 u 2020, bl-isem ta’ “Mapping Tomorrow”. Dan il-pjan hu żviluppat fuq tliet miri ewlenin, li jinkludu tisħiħ f’servizz ta’ eċċellenza, l-adozzjoni tal-prinċipju ‘Once Only’ u ż-żieda fl-użu tas-servizzi elettroniċi pubbliċi. L-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni spjega li dan il-pjan hu distint għal kollox mill-CONvErGE imma jibni u jespandi fuq ix-xogħol li qiegħed isir permezz tal-implimentazzjoni tal-proġett CONvErGE li se jiswa €40 miljun. 

    Il-pjan strateġiku għandu l-għan li jikkapitalizza fuq l-investimenti li diġà saru u li qegħdin isiru, biex ikompli jibni u jwessa’ l-parametri fejn il-prinċipju tal-Once Only ikun jista’ jiġi implimentat, bl-għan li jkompli jitjieb is-Servizzi Pubbliċi Onlajn. Permezz tal-Once Only, persuna tagħti l-informazzjoni tagħha lill-Gvern darba biss u mhux kull darba li teħtieġ servizz governattiv. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0