Boeing se jkollha toħroġ €5.5 biljun minħabba s-737 Max

  • Lul 20, 2019 15:16
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kumpanija Boeing kellha toħroġ is-somma ta’ €5.5 biljun biex tkopri n-nefqa li jirrikjedu l-ajruplani tat-tip 737 Max, li jinsabu wieqfa madwar id-dinja koll­ha. 

    Din in-nefqa mistennija li tneħħi kull profitt li għamlet din l-ikbar kumpanija tal-ajru­plani, u dan mistenni li jiġi kkonfermat hekk kif il-ġimgħa d-dieħla jiġu ppubblikati r-riżultati finanzjarji għall-ewwel kwart tas-se-na. 

    Stqarrija maħruġa minn Boeing kienet tgħid li hi qiegħda tikkalkula li l-ajruplani msemmija iktar kmieni se jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jintużaw fil-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena. 

    Boeing kellha tieħu din l-azzjoni wara li żewġ ajruplani tat-tip 737 Max kienu involuti f’inċidenti fatali. Wieħed minnhom seħħ fl-Indoneżja f’Ottubru li għadda filwaqt li ieħor seħħ fl-Etjopja f’Marzu ta’ din is-sena. B’kollox f’dawn iż-żewġ inċidenti kienu tilfu ħajjithom 346 persuna. Kawża ta’ dan kollu, Boeing qiegħda tesperjenza waħda mill-agħar kriżijiet fl-istorja tagħha. Il-mudell 737 Max kien l-iktar wieħed popolari ta’ din il-kum­panija, iżda wara dawn l-inċidenti l-kumpaniji tal-ajru madwar id-dinja kollha, li għandhom mudell bħal dan, waqqfuhom milli jtiru sa­kemm isiru t-tiswijiet meħ­tieġa. Minħabba f’hekk Boeing qiegħda tiffaċċja l-agħar kriżi fl-istorja tagħha. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0