L-MFA ttemm l-istaġun b’surplus ta’ €646,239

  • Lul 20, 2019 14:34
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    L-MFA ippubblikat ir-rapport annwali tagħha li juri li l-Assoċjazzjoni temmet l-aħħar staġun b’surplus ta’ €646, 239

    Dan ir-rapport kien ippreżentat mit-teżorier Ivan Mizzi.

    Ir-rapport wera li l-proprjetá tal-MFA illum għandha valur ta’ €12,227, 872.

    Dan filwaqt li l-Assoċjazzjoni għandha assi finanzjarji b’valur ta’ €5,676, 563.

    Dħul u infieq

    Id-dħul jammonta għal €9,455,199  filwaqt li l-infiq totali jammonta għal €7,903,371. Wara depreciation ta’ €924,938, kien hemm surplus ta’ €626,890.

    Overall, is-surplus flimkien mal-fond akkumulat kien jammonta għal €646,239.

    Id-dħul (fid-dettall) kien jammonta fost oħrajn:FIFA: €642,698; UEFA Hat-trick Solidarity €1,565,000 Ewro; UEFA Referees convention €100,000 Ewro; UEFA dħul ieħor €304,268 Ewro, sponsorships €87,290, dħul ieħor €99,029 u consultancy fee ta’ €50,000.

    L-infieq jinkludi salarji ta’ amministrazzjoni li jammontaw għal €1,058,254, spejjeż ta’ konvenzjoni tar-referees, laqgħat u avvenimenti €121,597. Overall kien hemm spiża ta’ €2,068,416. Is-surplus tad-dħul fuq l-ispiża totali kienet tammonta għal €467,979.

    Faċilitajiet sportivi

    Id-dħul tal-MFA mill-facilitajiet sportivi wera żieda ta’ nfieq fuq id-dħul ta’ €1,011,769.

    Id-dħul prinċipali jammonta għal €1,058,254  filwaqt li n-nefqa totali laħqet l-ammont ta’ €1,421,525. L-ispiża tinkludi is-salarji (€714,000), u €446,858 għall-manutenzjoni tal-faċilitajiet.

    Timijiet nazzjonali

    Hawnhekk, id-dħul tal-MFA wera ammont massiv ta’ €2,653,559 li jinkludi dħul minn parteċipazzjoni fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA (€1,106,220) u sponsorships (€205,321).

    Fis-settur tal-infieq, ir-rapport wera li l-MFA nefqet total ta’ €1,225,423 fi vjaġġar u akkomodazzjoni, €858,046 fis-settur tekniku u 2€84,477, fost oħrajn.

    Id-dħul (surplus) fuq l-ispiża totali (expenditure) kien dak ta’ €987,836 Ewro.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0