Qattus salvat fl-inħawi tal-isptar Mater Dei... tappella biex inkunu raġonevoli u nifhmu li ċertu każi jingħataw prijorità

  • Lul 20, 2019 15:30
  • Miktub minn iNews
"

    “Imbagħad issib min jgħid li tal-Animal Welfare għalxejn iċċemplilhom. Ejjew ma niġġudikawx bla ma nkunu nafu l-affarijiet." Hekk bdiet biex tgħid ma' inewsmalta persuna li aktar kmieni inzertat fil-limiti tal-isptar Mater Dei u nnutat qattus marid.

    Din il-persuna qalitilna li tħobb ħafna l-annimali u kif rat dan il-ferħ ta' qattus u ma rnexxielhiex taqbdu ddeċidiet li ċċempel lid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali li fi kliemha stess “ġew wara ftit minuti“.

    Infatti kienu żewġ membri mill-istess dipartiment li qabdu l-ferħ ta' qattus li se jkun qiegħed jiġi mmedikat minħabba dik li mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li hi infezzjoni f'għajnejh sakemm aktar tard ikun jista' jiġi addottat.

    Din il-persuna temmet tappella lil dawk kollha li bħala jħobbu l-annimali biex ikunu raġonevoli u japrezzaw li dawn il-membri jkollhom diversi rapporti u jeħtieġ li wieħed jifhem li hemm każi li jkollhom jingħataw prijorità.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0