L-Air Malta tgħid li għamlet ħilitha biex tgħin, iżda sfortunatament ma kellhiex biżżejjed ajruplani

  • Lul 20, 2019 15:41
  • Miktub minn iNews
"

    280 tifel u tifla minn tliet nurseries Maltin baqgħu jistennew lampa stampa, wara li għat-tieni darba f’ġimgħa, ajruplan privat li suppost wassalhom lejn id-destinazzjoni tagħhom ma onorax l-obbligi tiegħu. Ftit sigħat wara, l-Air Malta qalet li  minn naħa tagħha hi ppruvat tagħmel dak kollu possibbli biex twassalhom lejn id-destinazzjoni tagħhom.

    Fi stqarrija maħruġa minnha l-linja tal-ajru Maltija spjegat li saritilha talba minn rappreżentat ta’ wieħed mill-klabbs tal-futbol inkwistjoni biex topera 4 titjiriet lejn id-Danimarka u 4 oħra lura, wara li l-pjanijiet oriġinali mal-operatur privat ma seħħewx.

    Żiedet tgħid li sfortunatament, ma kellhiex ajruplani biżżejjed biex tagħti dan is-servizz, u ma setgħetx tikkomprometti titjiriet diġà ppjanati b’mijiet ta’ passiġġieri li ħallsu l-biljetti tagħhom.

    L-Air Malta saħqet li l-intervent tagħha aktar kmieni din il-ġimgħa biex ġabet lura Malta 142 Malti, ħafna minnhom tfal,  mid-Danimarka, seħħ biex inġiebu lura qawwijin u sħaħ dawn il-Maltin li tħallew maqbuda f’pajjiż ieħor.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0