Ma kinitx taf li binha se jkun bid-Down’s... stqarret fil-Qorti li kieku kienet taf bil-kundizzjoni kienet twaqqaf it-tqala

  • Lul 20, 2019 17:32
  • Miktub minn iNews
"

    Omm Ingliża ta’ 33 sena għaddejja bi proċeduri l-Qorti kontra s-servizz nazzjonali tas-saħħa Ingliża, l-NHS wara li dawn naqsu milli jagħmlulha t-testijet neċessarji waqt it-tqala u li kieku kienu juru li binha kien se jitwieled bil-kundizzjoni tad-Down’s Syndrome. L-omm stqarret li kieku kienet taf li se jitwieled hekk, kieku kienet tagħmel abort. L-omm, Edyta Mordel qalet li talbet biex isiru l-kontrolli kollha waqt it-tqala tagħha u mbagħad kienet ixxokkjata meta t-tifel sar magħruf li għandu din il-kundizzjoni wara li twieled. 

    Għalkemm illum hi tħobb lil binha Aleksander, hi stqarret fil-Qorti li kieku kienet twaqqaf it-tqala kieku kienet taf bil-kundizzjoni. 

    Il-każ qiegħed jiġi msejjaħ bħala “twelid ħażin” peress li Mordel qiegħda tgħid li kieku kienet tagħmel abort. 

    Ċifri tal-2017 juru li l-Awtorità dwar il-Litigazzjoni tal-NHS ħallset mas-£70 miljun lil ġenituri li għaddew minn każi simili matul l-aħħar ħames snin. Dawn jinkludu £40 miljun f’danni minn 16-il każ fejn il-ġenituri qalu li fl-iscreening ta’ qabel it-twelid ma kinux qalulhom bir-riskju li t-tarbija titwieled b’diżabilità. Dan ifisser li kull familja ħadet medja ta’ £2.5 miljun.

    Mordel, li hi minn Reading, qiegħda titlob kumpens għaż-żieda fl-ammont ta’ flus li jkollha tonfoq biex tieħu ħsieb binha u għall-impatt li ħalla fuq l-abbiltà tagħha li taħdem. Hi saret taf li kienet tqila fl-2014 u meta marret għall-ewwel appuntament l-isptar talbet biex isirilha screening għad-Down’s. Meta marret għall-iscan ta’ 12-il ġimgħa hi ħsabet li t-test kien sar u li kien kollox sew. Iżda fil-verità t-test ma kienx sar u kien imniżżel li t-test għad-Down’s kien ġie miċħud. 

    Fil-fatt, l-avukati tal-NHS qegħdin jisħqu li Mordel ġiet offruta dawn it-testijiet iżda ma aċċettathomx, bil-konsegwenza li ddispjaċiha mid-deċiżjoni wara li binha twieled bid-Down’s. 

    Madankollu, Mordel qalet fil-Qorti li hi dejjem kienet ċerta mid-deċiżjoni tagħha u dejjem riedet li jsirulha t-testijiet. Spjegat li hi tkellmet mal-midwife u qaltilha li tridhom peress li kienet informat lilha nnifisha dwar screening. 

    L-avukat tal-mara qal li kieku sar l-iscreening kien juri li hemm riskju kbir ta’ Down’s u eżamijiet oħra kienu jikkonfermaw il-kundizzjoni. Qal ukoll li kieku l-klijenta tiegħu kienet tiġi offruta li tagħmel abort u hi u seħibha kienu lesti li jwaqqfu t-tqala. 

    Minflok, il-mara welldet b’ċesarja fl-Isptar Royal Berkshire f’Jannar tal-2015. Hi kienet irrabjata u mdejqa ħafna meta sar magħruf li binha Aleksander kellu d-Down’s. 

    L-avukat tal-NHS qal li l-mara kienet biddlet fehemthas dwar it-test fix-xahar bejn l-ewwel appuntament u meta kellu jsir l-iscan. Qal li hi xi ħaġa komuni li n-nisa tqal jiċħdu l-iscreening meta jsiru jafu li jġorr riskju ta’ wieħed minn kull ħamsin li jwassal għal korriment. 

    Min-naħa tagħha, l-omm tgħid li hi dejjem riedet li tagħmel it-test u qatt ma bidlet fehemtha. Stqarret li kemm-il darba ġiet assigurata li kollox kien miexi sew u li t-tqala kienet waħda tajba. 

    L-avukat tal-NHS qal li mhux immaġinabbli li t-tabib kiteb li l-iscreening ġie miċħud, kieku dan ma kienx minnu. Barra minn hekk, sostna li l-mara setgħet tirrealizza li ma kienx sarilha t-test għax ir-riżultat qatt ma waslilha.

    Ta’ min wieħed jgħid li skont il-linji gwida tal-NHS, jekk il-mara ċaħdet li jsirilha t-test, ma setax ikun hemm qwiebel oħra li jistaqsuha tridx tagħmel it-test aktar tard fil-proċess. Inkella jista’ jitqies bħala fastidju.  

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0