[Aġġornata] Il-fdalijiet instabu f’toqba f’ħajt qrib il-grawnd tas-Salinos

  • Lul 20, 2019 16:39
  • Miktub minn iNews
"

    Sorsi viċin il-Pulizija kkonfermaw ma’ inewsmalta.com li l-fdalijiet ta’ Charlene Farrugia nstabu f’toqba f’ħajt. Il-post fejn instabu l-fdalijiet jinsabu fuq in-naħa ta’ wara tal-lukanda Phoenicia u l-grawnd tas-Salinos. Hi kienet moħbija sew f’żona pjuttost mitluqa.

    Qabel:

    Investigazzjoni mill-Pulizija tal-Għassa ta’ Tas-Sliema u dawk tat-Taqsima tal-investigazzjonijet tal-omiċidji mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali wasslet għas-sejba tal-fdalijiet ta’ katavru fl-akwati tal-Belt Valletta.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija wasslu għall-arrest ta’ raġel li hu suspettat li wettaq dan l-omiċidju. Dwar dan il-każ ġiet maħtura inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Audrey Demicoli.

    Mill-2008 ’l hawn il-Pulizija kienet qiegħda tinvestiga l-għibien ta’ tfajla Maltija minn San Pawl il-Baħar. Eżamijiet Mediċi u forensiċi fl-inkjesta Maġisterjali se jagħti indizji dwar l-identità tal-persuna.

    Sejba ta’ fdalijiet ta’ katavru li huma mifhuma li huma ta’ tfajla li għebet 11-il sena ilu aktarx wasslu biex solvew omiċidju hekk kif il-pulizija qed iżomm raġel biex jgħinnha fl-investigazzjonijiet.

    Il-fdalijiet tal-katavru hu mifhum li hu ta’ Charlene Farrugia mill-Qawra, li meta ġiet rapurtata nieqsa kellha 25 sena.

    Inewsmalta hija infurmata li l-fdalijiet li nstabu huma partijiet mis-sieq u nstabu ġo boroż ġo għar fil-Belt Valletta, b’biċċiet minnhom kienu għadhom intatti.

    Hu mifhum li mal-Pulizija r-raġel arrestat ammetta l-involviment tiegħu f’dan l-omiċidju fejn saħansitra gwida lill-Pulizija fil-post fejn allegatament ħeba l-kadavru.

    Madankollu kienu l-investigazzjonijiet intensivi fl-aħħar jiem li wasslu lill-Pulizija sabiex tkun f’pożizzjoni li torbot dan il-każ mal-involviment tar-raġel.

    Dan ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin mixli bil-qtil imsemmi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0