British Airways u Lufthansa jissospendu t-titjiriet tagħhom lejn il-Kajr

  • Lul 21, 2019 08:43
  • Miktub minn iNews

    Il-linji tal-ajru British Airways u Lufthansa ssospendew it-titjiritet tagħhom lejn il-kapitali tal-Eġittu, il-Kajr, minħabba raġunijiet ta’ sigurtà. Intant ma ngħataw l-ebda dettalji dwar x’jistgħu jkunu dawn ir-raġunijiet.

    “Aħna kostantement nirrevedu l-arranġamenti dwar is-sigurtà fl-ajruporti kollha madwar id-dinja, u ssospendejna it-titjiriet kollha tagħna lejn il-Kajr għal perjodu ta’ sebat ijiem bħala prekawzjoni qabel ma nagħmlu assessjar ieħor tas-sitwazzjoni,” tenniet British Airways fi stqarrija li ħarġet ilbieraħ.

    Meta kienet mistoqsija dwar x’wassal biex it-titjiriet jiġu sospiżi, kelliema għal-linja tal-ajru qalet li huma qatt ma jiddiskutu kwistjonijiet ta’ sigurtà.

    Intant kelliemi għal-linja tal-ajru Lufthansa, li topera titjiriet mill-Kajr għal Munich u Frankfurt qalet li “minħabba li s-sigurtà hija l-prijorita assoluta għal Lufthansa, il-linja tal-ajru issospendiet temporanjament it-titjiriet tagħha lejn il-Kajr bħala prekawzjoni, sakemm isir assessjar ulterjuri.”

    Intant il-linja tal-ajru Ġermaniża qalet li kien bi ħsiebha li tkompli t-titjiriet tagħha matul il-ġurnata tal-lum.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0