“Traġedja akbar ta’ studenti bla ħajra li jpoġġu għal eżami” - il-Professur Carm Borg

  • Lul 21, 2019 09:04
  • Miktub minn Victor Vella
"

    Fl-aħħar jiem ġiet pubblikata l-istatistika marbuta mal-ezamijiet tal-MATSEC u oħrajn. Statistika li issa minnha ħarġet xejra inkwetanti, b’mod partikolari wara li ttieħed il-pass li l-eżamijiet ikunu bla ħlas.  Irriżulta li hemm rata qawwija ta’ studenti li ma marrux għal dawn l-eżamijiet.  Tkellimna mal-akkademiku, il-Profssur Carm Borg, magħruf għall-ħidma u l-għarfien tiegħu tal-qasam edukattiv. Fi kliemu stess, din l-istatistika turi li  mal-pjaga ta’ studenti li ma jgħaddux wara tant snin fuq il-bank tal-iskola, issa hemm traġedja akbar ta’ studenti li lanqas biss tiġihom il-ħajra li joqogħdu għal xi eżami”.

    Il-professur Borg fil-kummeti li tana qal li “r-rata ta’ assentejiżmu ta’ studenti li applikaw u ma marrux għall-eżami għokrot għajn ħafna nies, speċjalment l-għajn ta’ dawk li mhumiex midħla sew tas-settur edukattiv.   Dawk li jaħdmu fis-settur basru li d-dħul tal-eżamijiet b’xejn kien se jġib miegħu numru ta’ applikanti li storikament ma kienux japplikaw biex joqogħdu għal dawn l-eżamijiet. Fi ftit kliem, dawn l-istudenti ħarġu mill-kategorija ta’ dawk li s-soltu ma japplikawx u daħlu fil-kategorija tal-istudenti li japplikaw, għax issa b’xejn, u ma jmorrux għall-eżami.  Fi kliem ieħor, dawn l-istudenti assenti ħarġu mit-tagħġen u daħlu fin-nar.”

    ll-Profs Borg isostni li “tradizzjonalment, fil-ħerqa biex naraw jekk kienx hemm titjib fl-istatistika ta’ dawk li jgħaddu mill-eżamijiet, ħarsitna qajla kienet iddur fuq dawk il-mijiet li la kellhom il-ħajra u lanqas il-ħeġġa li joqogħdu għal xi eżami, wara ħdax-il sena ta’ skola obbligatorja li tigglorifika l-eżamijiet.   Għalhekk, jekk xejn, l-istatistika tal-assentejiżmu serviet biex in-nies jindunaw li mal-pjaga ta’ studenti li ma jgħaddux wara tant snin fuq il-bank tal-iskola, hemm traġedja akbar ta’ studenti li lanqas biss tiġihom il-ħajra li joqogħdu għal xi eżami.”

    Jenfasizza li “din l-istatistika ma tistax tibqa’ għaddejja mingħajr ma nistaqsu pubblikament xi jwassal biex studenti jiddeċiedu li ma joqogħdux għall-eżamijiet.   L-istudenti li qegħdin nitkellmu dwarhom huma l-istess studenti li minn hawn u ftit snin oħra se ntuhom it-tikketta tal-‘Early Leavers from Education and Training (ELETs)’, żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-24 sena li jitilqu mill-iskola b’anqas minn ħames ‘O levels’ u  la qegħdin fl-edukazzjoni u lanqas fit-taħriġ.  Il-maġġoranza ta’ dawn l-istudenti huma subien u wlied il-ħaddiema.   Mir-riċerka li għamilna lokalment, il-maġġoranza ta’ dawn iż-żgħażagħ qegħdin jaħdmu, ħafna drabi f’xogħol prekarju.  Ir-riċerka tagħna urietna wkoll li fost dawn iż-żgħażagħ hemm inċidenza akbar ta’ deprivazzjoni materjali, esklużjoni soċjali u problemi ta’ saħħa fiżika u mentali.  L-istess riċerka urietna li l-istatistika li qegħdin nitkellmu dwarha llum hija frott ta’ problemi u sfidi mhux megħluba ta’ ħafna snin, kemm personali kif ukoll fil-familja u fis-sistema edukattiva. Numru minn dawn l-istudenti ħalfu li qatt aktar ma jħarsu lejn wiċċ l-edukazzjoni formali.”

    Il-Profs Borg jgħidilna li “l-assentejiżmu mhuwiex materjal għas-sensazzjonaliżmu iżda tingiża għal dawk li għad fadlilhom għabra ta’ ġustizzja soċjali fis-sistema tagħhom.  Malta għandha rekord ħażin fil-qasam tal-edukazzjoni u l-ġustizzja soċjali.  Din l-istatistika hija parti mir-raġuni għalfejn ninsabu fil-qiegħ tal-istatistika Ewropea f’dan ir-rigward.” 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0