Mill-inqas tmien persuni jmutu u għexieren jindarbu f'żewġ attakki kkordinati fil-Pakistan

  • Lul 21, 2019 09:22
  • Miktub minn iNews
"

    Mill-inqas tmien persuni mietu filwaqt li 30 oħrajn sfaw midrubin f’attakki fil-belt ta’ Deta Ismail Khan fil-Pakistan.

    Irġiel fuq muturi l-ewwel fetħu n-nar fuq impostazzjoni tal-pulizija u qatlu żewġ uffiċjali saħaq il-kap distrettwali tal-pulizija Saleem Riaz. L-irġiel irnexxilhom jaħarbu minn fuq il-post.

    Aktar tard terrorist mara splodiet lilha nfisha meta l-katavri tal-pulizija ttieħdu fil-kamra mortwarja tal-isptar. F’dan it-tieni attakk inqatlu żewġ uffiċjali oħrajn tal-pulziija u erba’ persuni ċivili.

    Riaz tenna li kaġun tal-qawwa tal-isplużjoni ndarbu wkoll mill-inqas 30 persuna.

    “Fl-attakk suwiċicda ntużaw madwar seba’ kilogrammi ta’ splussiv, u nistgħu ngħidu li l-attakk twettaq minn mara. Sibna rasha u saqajha,” huwa żied jgħid.

    Il-grupp militanti Rehreek-e-Taliban Pakistan refa’ r-responsabbiltà tal-attakk f’messaġġ qasir li ntbagħat lill-ġurnalisti mill-kelliemi tal-grupp Omar Khurasani.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0