Mara b'dixxendenza Maltija tinqatel minn bintha … Tħanxrilha rasha u tħalliha quddiem id-dar tal-ġar

  • Lul 21, 2019 12:51
  • Miktub minn iNews
"

    Mara b’dixxendenza Maltija nstabet mejta fil-kċina tad-dar tagħha f’St Clair, Sydney, wara li allegatament inqatlet minn bintha f’dak deskritt mill-midja Awstraljana bħala qtil brutali.

    Il-midja qed tirrapporta li Rita Camilleri, ta’ 57 sena, inqatlet minn bintha Jessica ta’ 25 sena, b’din allegatament tħanxar ras ommha u ġġorr rasha u tpoġġiha quddiem id-dar ta’ ġar.

    Ħbieb tal-familja ddeskrivew lill-omm u lill-bint bħala li kienu jkunu dejjem flimkien, u ma jidhirx li kien hemm kunflitt bejniethom.

    Cathleen Day, ħabiba tal-mara, f’kummenti lill-midja qalet li Jessica kienet tbati minn problemi ta’ saħħa mentali, madankollu hija dejjem sabet l-appoġġ ta’ ommha.

    Dan kien ikkonfermat ukoll minn ħbieb taż-żagħżugħa, li saħqu li mhux l-ewwel darba li hija kienet tidħol fi sptarijiet għal kura.

    Il-midja lokali saħqu li Rita kienet tifforma parti minn familja kbira b’dixxendenza Maltija.

    Il-pulizija arrestaw lill-bint u aktar tard hija ġiet mixlija bil-qtil ta’ ommha.

    L-Ispettur Brett McFaddon f’kummenti lill-ġurnalisti qal li x-xena tar-reat kienet waħda mill-aktar brutali li l-pulizija kellhom jiffaċċjaw.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0