Rumena tammetti serq minn supermarket fil-Mellieħa

  • Lul 21, 2019 15:22
  • Miktub minn iNews
"

    Rumena ta' 32 ammettiet tliet serqiet minn supermarket fil-Mellieħa mentri s-sieħeb tagħha ta' 40 sena wieġeb mhux ħati tal-istess reat.

    Cristina Zainea u Marius Stefan tressqu quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras wara li fid-19 ta' Lulju li għadda sar rapport mill-“Valyou Supermarket” li kienu serquh.

    L-Ispettur Clayton Camilleri, li investiga l-każ, spjega fl-awla li l-koppja nqabdet tieħu xi affarijiet b'persuni li kienu fis-supermarket saqu għal warajhom sakemm il-koppja nqabdet mill-Pulizija.

    Iż-żewġ Rumeni ġew mixlija li minbarra s-serqa tad-19 ta' Lulju ħadu oġġetti bla ma ħallsu lill-istess stabbiliment kummerċjali f'żewġ okkażjonijiet oħra, fil-5 ta' Lulju u fit-12 ta' Lulju.

    Waqt li l-mara ammettiet u kienet ikkundannata 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin, il-maħbub tagħha baqa' miżmum taħt arrest sakemm jibdew jinstemgħu l-provi fil-konfront tiegħu.

    Fl-awla ż-żewġ Rumeni kellhom jiddefenduhom dwar dan il-każ lill-Avukat Marisa Mifsud.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0