Inawgurat ir-restawr fuq il-knisja tal-Bidnija

  • Lul 21, 2019 19:34
  • Miktub minn iNews
"

    Tlesta x-xogħol ta’ restawr fuq il-Knisja tal-Familja Mqaddsa fil-Bidnija, xogħol li sar binvestiment ta’ madwar 85,000 b’kofinanzjament minn fondi Ewropej.

     

    Dan il-proġett ġie inawgurat dalgħodu mis-Segretarju Parlamentari għall-fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia u mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi. Kien preżenti wkoll is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta s-Sur Michael Pace Ross. 

    Matul il-konferenza tal-aħbarijiet ġie spjegat li x-xogħol ta’ restawr sar fuq il-faċċata u l-ġnub tal-knisja, il-fontispizju, il-kampnar, u z-zuntier. Ix-xogħol sar fuq medda ta’ sitt xhur. 

     

    Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia qal li permezz ta’ progetti bhal dawn qegħdin inrawmu sens ta’ rispett lejn il-wirt kulturali tagħna, bl-għan li l-poplu Malti u Għawdxi ikun kburi bil-wirt storiku u reliġjuż li jagħmel parti fundamentali mill-identita’ tiegħu.

     

    Is-Segretarju Parlamentari Farrugia spjega li r-restawr tal-knisja tal-Bidnija huwa parti minn proġett ikbar ta’ konservazzjoni tal-wirt taghna li biqed insaħħu wkoll l-komunitajiet, kif ukoll parti minn viżjoni fit-tul tal-Gvern biex intejjbu l-ħajja tan-nies fl-irħula u l-villaġġi tagħhom. 

    Dan kollu huwa possibbli minħabba ekonomija b’saħħitha, u bl-għajnuna ukoll tal-fondi Ewropej. L-Ewropa qiegħda tappoġġja proġetti bħal dawn għaliex il-wirt storiku tagħna huwa parti mhux biss tal-identità ta’ pajjiżna izda ukoll tal-identità Ewropea u jistħolqu li jiġi ppreservat u mħares,” qal is-Segretarju Parlamentari.

     

    L-Isqof Galea-Curmi qal li l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett ta’ restawr ifakkarna f’kemm hu importanti li nieħdu ħsieb il-patrimonju ta’ pajjiżna u li nħarsuh għal-lum u għall-ġenerazzjonijiet futuri. Qal li l-Knisja hija impenjata tieħu ħsieb il-patrimonju tagħha.

     

    L-Isqof appella biex is-soċjetà tieħu ħsieb dan il-wirt kulturali u reliġjuż li huwa espressjoni ta’ fidi li ġej mill-imħabba tal-poplu Malti. L-Isqof Awżiljarju rringrazzja lis-Segretarjat għall-Fondi Ewropej tal-għajnuna tiegħu għall-ħarsien tal-identità tagħna l-Maltin, u lil kull min ħadem fuq dan il-proġett.

     

    Fid-diskors tiegħu s-Sur Michael Pace Ross qal li dan hu l-ewwel xogħol estensiv ta’ restawr li qatt sar fuq din il-knisja minn meta nbniet fil-1920. Fisser kif il-knisja saret iktar aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet differenti.

     

    Il-knisja tal-Bidnija hi waħda mill-knejjes f’Malta li bbenifikat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2014-2020.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0