Vandalizzat il-mafkar ta' mafkar ta’ Lassana Cisse Souleyman … Bosta jikkundannaw dan l-aġir

  • Lul 21, 2019 20:50
  • Miktub minn iNews
"

    Aġir disprezzabbli u kundannabbli. Hekk biss wieħed jista’ jiddeskrivi l-vandaliżmu tal-mafkar ta’ Lassana Cisse Souleyman, l-immigrant ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Ivorju li fis-6 ta’ April li għadda nqatel kiesaħ u biered minn tiri ta’ arma tan-nar waqt li kien miexi fi triq tard filgħaxija.

    Bosta kienu dawk li kkundannaw dan l-att vandalu fuq il-midja soċjali.

    B’rabta mal-qtil ta’ Cisse se jgħaddu ġuri Lorin Scicluna ta' 22 sena minn Raħal Ġdid u Francesco Fenech ta' 21 sena minn Wied il-Għajn.

    Huma jinsabu mixlijin ukoll li fl-isparatura li qatlet lil Souleyman weġġgħu gravi żewġ immigranti oħra, Ibrahim Bah mill-Guinea u Mohammed Jallow mill-Gambja.

    Iż-żewġ suldati qed jiġu akkużati wkoll li fl-1 ta' Frar li għadda ippruvaw joqtlu lil May Malimi miċ-Chad fl-istess inħawi, li kellhom materjal razzist, li qatlu qtates u għasafar, li kienu fil-pussess ta' arma mhux liċenzjata kif ukoll b'sewqan perikoluż.

    Jekk jinstabu ħatja tal-akkużi kollha huma jistgħu jeħlu sa għomorhom il-ħabs mhux biss fuq il-qtil imma anke għax bħala suldati jkunu nstabu ħatja ta' reat li kellhom jaraw li ma jseħħx.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0