Ċikliżmu: Intervista mal-president tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, John Zammit

  • Lul 23, 2019 00:51
  • Miktub minn minn Cris Muscat
"

    Kif bdiet l-imħabba tie­għek lejn iċ-ċikliżmu?

    L-imħabba tiegħi lejn iċ-ċikliżmu bdiet minn età żgħira. Fis-sittinijiet, it-team nazzjonali Malti kien qiegħed jipprepara biex imur jipparteċipa fl-Olimpjadi li kienu saru f’Ruma.

    Jien kont noqgħod bieb ma’ bieb ma’ spiżerija u fost il-ħaddiema, kien hemm ċertu Sam Portelli li kien jagħmel il-massaġġi liċ-ċik­listi.

    Bażikament, dan Portelli laqqagħni ma’ Joe Polidano li kien wieħed miċ-ċiklisti tat-team u kien dan tal-aħ­ħar li daħħalni fil-club ta’ Ħal-Qormi, fejn minn hemm­hekk nista’ ngħid li bdiet il-karriera tiegħi fiċ-ċikliżmu.

    X’taħseb dwar is-sigurtà fit-toroq Maltin? Taħseb li ċ-ċiklisti huma protetti biżżejjed?

    Ma nistax ngħid li l-periklu fit-toroq Maltin ma jeżistix, anzi llum kiber għaliex it-toroq huma mimlija daqs bajda.

    Barra minn hekk, illum kulħadd mgħaġġel, bla paċenzja u ħadd ma jċedi.

    Aħna qegħdin naħdmu biex ninkoraġixxu iżjed nies jutilizzaw ir-rota li wara kollox isservi għal ħafna raġunijiet, bħalma jkun in-nuqqas ta’ karozzi li eventwalment jgħin l-ambjent u anke biex ikollna poplu iżjed b’saħħtu.

    Kif inhu sejjer it-team nazzjonali taċ-ċikliżmu bħal­issa?

    Mil-lat lokali, fil-ġimgħat li għaddew kellna l-Kampjonati Nazzjonali taċ-Ċik­liżmu.

    Però, illum iċ-ċiklisti m’għadhomx jistennew lill-Fe­derazzjoni biex jieħdu sehem f’xi ħaġa, għaliex ġieli jaqbdu u jipparteċipaw barra minn pajjiżna u jekk      imorru bħala team nazzjonali, hemmhekk ovvjament imorru f’isem il-Federazzjoni.

    Nista’ ngħid li l-livell tjieb, speċjalment fiċ-ċik­liżmu femminili, fejn qed im­morru tajjeb ħafna speċjalment grazzi għal Marie Claire Aquilina li qiegħda tiddomina x-xena.

    Inti kont ukoll ċiklista ma’ team Sqalli. Xi tgħi­dilna fuq dik l-esperjenza?

    Hekk hu. Kienet esperjenza mill-isbaħ, fejn kont noqgħod ġo dar żgħira, f’Ca­tania. Kont ngħix waħ­di, iżda hemmhekk kellu parti importanti fil-karriera tiegħi, fejn anke kont spiċ­ċajt bħala l-aqwa ċiklista tal-club stess.

    Madankollu, sfortunament meta kont hemmhekk ġarrabt it-telfa ta’ missieri u kelli ninżel lura Malta.

    Ftit ilu reġgħet qamet il-kontroversja rigward il-mewt ta’ Marco Pantani. Xi ħsibijiet għandek fuqha?

    Ma nistax niċħad li fiċ-ċikliżmu llum il-ġurnata, sfortunatament daħlet ukoll il-korruzzjoni.

    Meta ċ-ċikliżmu jsir professjonali u jidħlu flejjes kbar u sponsors, hemmhekk tingħeleb l-onestà.

    Ftit tas-snin ilu, kien hemm ukoll l-inċident taċ-ċiklist Belġjan li ttajjar minn karozza li suppost kienet qiegħda tgħin fit-tellieqa. X’tikkummenta?

    Hekk hu. Dawn huma inċidenti li anke Malta ġie li jsiru. Qabel ma norganizzaw xi avveniment, jien dej­jem navża lix-xufiera li jkunu qegħdin jgħinuna biex il-priorità tkun iċ-ċiklisti, għaliex ġie li jagħti l-każ li tispiċċa f’xi triq dej­qa jew f’xi roundabout u bla ma jridu ċ-ċiklisti jkunu ssikkati.

    Kif eżattament twieled u żviluppa t-Tour ta’ Malta matul il-medda tas-snin?

    Bażikament, it-Tour ta’ Malta beda madwar 20 sena ilu, fejn jien kont wieħed mill-fundaturi, bil-president ikun Mario Meli.

    Bdejna b’tapep ġewwa l-Belt Valletta u rħula oħra u llum nistgħu ngħidu li kiber ħafna, għaliex sar Tour importanti ħafna.

    Barra minn hekk, għand­na t-tappa ta’ Għawdex li sfortunatament mhux dej­jem tkun possibbli li ssir minħabba spejjeż kbar li ġġib magħha, però meta ssir nistgħu ngħidu li tkun dej­jem ta’ suċċess u anke ta’ ħaġa differenti għaċ-ċiklisti barranin, li jiġu Malta għat-Tour u fl-istess ħin jaqsmu għall-gżira oħra.

    Taħseb li l-media f’paj­jiżna qegħda tagħti importanza liċ-ċikliżmu?

    Mentri l-football u sports oħra jibqgħu jiddominaw ix-xena, naħseb li iva, il-media lokali qiegħda tersaq lejna bil-mod, speċjlament meta jkollna avvenimenti importanti.

    L-injuries fiċ-ċikliżmu huma ftit jew huma frekwenti?

    Skond. Huma limitati sa ċertu punt. Eżempju, meta nibdew fin-niexef u tibda x-xita, inħallu t-tiġrija għad­dejja jekk tkun ftit u nwaq­qfuha jekk jinżel dulluvju.

    F’dak il-każ, ġieli jkollna dawk il-waqgħat żgħar li joħolqu qatgħat u xi injuries minuri oħra.

    Kemm jinvolvi spejjeż iċ-ċikliżmu professjonali?

    Ħafna! Hemm min jonfoq sa €7,000 biex ikollu rota u apparat relatat maċ-ċik­liżmu professjonali. Biex tkun ċiklist professjonali, trid tkun ġo fik u appas­sjonat tassew.

    Kemm qegħdin tirċievu għajnuna mingħand SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti?

    B’wiċċi minn quddiem, nista’ ngħid li qegħdin nir­ċievu ħafna għajnuna u importanti mingħandhom għa­liex u b’sodisfazzjon kbir ngħid li  dejjem insibu kope­razzjoni massima mingħan­d­hom.

    X’kienet l-esperjenza tie­għek dwar il-’Merit Award’ prestiġjuż li ksibt ġewwa l-Portugall, fit-13 ta’ Marzu, 2016?

    Kienet sorpriża għaliex jien ma kontx naf biha. Dabra fost l-oħrajn  kien ġie s-segretarju ġenerali tal-Fe­derazzjoi Maltija taċ-Ċik­liżmu, Joe Bajada, u nsista biex inlesti l-passaport għaliex konna sejrin il-Portugall għall-assemblea importanti tal-European Cycling Union.

    Bajada kien talabni xi ritratti u informazzjoni u meta dan kollu beda ħiereġ waqt il-laqgħa, kienet ta’ sorpriża għalija għaliex hemmhekk ġejt ikkongratulat mill-pajjizi li kienu qegħdin hemm u kienet xi ħaġa memorabbli għalija, grazzi għal Joe Bajada.

    Ġejt ikkumplimentat mid-de­legati kollha tal-Fe­derazzjonijiet Ċiklistiċi Ew­ropej, li kienu preżenti, kif ukoll mill-president tal-UCI Brian Cookson u Enrico Della Casa, segretarju ġe­nerali tal-UEC.

    Tista’ tgħaddi messaġġ biex tħajjar iżjed żgħażagħ jibdew jipprattikaw dan l-isport?

    Aħna nifhmu li l-ġenituri huma kawti ħafna u ma tantx jafdaw lit-tfal fit-toroq bir-roti minħabba l-periklu.

    Iżda ta’ min isemmi li je­żistu nurseries, per eżempju dik tal-Mosta.

    Barra minnhekk, għand­na l-klassi tal-BMX, fejn fiha qegħdin anke jipparteċipaw tfal ta’ ħames snin, li jiffurmaw parti minn SportMalta u jiġu kull nhar ta’ Sibt ġewwa t-trakka li għandna f’Pembroke.

    Personalment, naħseb qegħ­din fit-triq it-tajba u kapaċi nikbru iżjed.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0