Niżvelaw il-pressjoni fi ħdan il-PN qabel il-vot

  • Lul 23, 2019 07:54
  • Miktub minn iNews
"

    Hekk kif fadal inqas minn ġimgħa għall-vot ta’ fiduċja fil-Kap Nazzjonalista Adrian Delia sorsi fi ħdan il-PN li tkellmu magħna żvelaw kif l-ex Kap Nazzjonalista Simon Busuttil ipprova jagħmel pressjoni fuq il-President tal-Kummissjoni Elettorali li qed tieħu ħsieb l-elezzjoni tal-uffiċjali li rriżenjaw. 

    Is-sorsi fil-PN qalulna li Simon Busuttil ċanfar lil Richard Muscat u saħansitra fakkru li hu ex Kap tal-PN u l-kelma tiegħu għandu jkollha piż. Iżda milli jidher Richard Muscat ma ċediex għall-pressjoni ta Simon Busuttil li flimkien ma’ dawk li jappoġġjawh ippretendew li għall-ewwel darba fl-istorja tal-PN issir elezzjoni bikrija għal dawk li ma setgħux jattendu l-laqgħa tal-eżekuttiv li fiha saret l-elezzjoni għall-Presidenti tal-Eżekuttiv u Amministrattiv.

    Wara li Richard Muscat fisser li din qatt ma ġrat fil-PN, Busuttil ma qatax qalbu u kompla jagħmel pressjoni fuq Muscat barra d-Dar Ċentrali. Din il-pressjoni kollha saret sabiex il-fazzjoni ta’ Busuttil ittella’ lil Graham Bencini bħala President tal-Amministrattiv bl-iskop aħħaro li l-istess Amministrattiv jgħaddi vot ta’ sfiduċja fil-Kap Adrian Delia. 

    Fil-fatt biex ġie elett Alex Perici Calascione li hu mill-fazzjoni ta’ Busuttil kellu jidħol fin-nofs il-Kap Adrian Delia li talab lil Graziella Attard Previ biex iċċedi l-kandidatura tagħha ħalli Perici Calascione jikkontesta waħdu. Kieku ma seħħx hekk kieku l-istess nies li vvutaw lil Carm Mifsud Bonnici kienu jeleġġu lil Attard Previ.

    Iżda persuni qrib Delia qalu li ma riedx li Perici Calascione jumilja ruħu darb’oħra peress li kull elezzjoni li kkontesta s’issa qatt ma ġie elett f’xejn, la f’dik Ġenerali, la f’ta l-MEPs u lanqas għat-tmexxija tal-partit. B’dan il-mossa Delia rabat idejn Perici Calascione li issa ma jistax jaħdem kontra l-Kap li għamlu President tal-Eżekuttiv. Fil-fatt waqt battibekki jaħarqu li seħħew bejn iż-żewġ fazzjonijiet waqt il-laqgħa tal-Eżekuttiv li fiha ġiet diskussa l-mistoqsija għall-vot ta fiduċja ta’ nhar is-Sibt, Perici Calascione żamm ma’ Delia u mhux mal-fazzjoni ta’ Busuttil. 

    Is-sorsi fil-PN qalulna wkoll li Busuttil anke maċ-Chairman tal-Kummissjoni Elettorali li se tieħu ħsieb il-vot tas-Sibt ipprova jagħmel pressjoni billi lmenta fuq il-listi aġġornati ta’ dawk eleġibbli għall-vot. Zammit Dimech qal pubblikament li l-listi ġew ivverifikati mill-kummissjoni elettorali u huma kollha skont dak li jitlob l-istatut. B’botta ċara għal Busuttil il-PN ħareġ stqarrija jgħid li min jiżra’ d-dubji fil-proċess elettorali intern ikun qed ikasbar is-saltna tad-dritt li tant jitkellem dwarha. 

    Sadattant, wara l-manuvri li qed jagħmel huwa ċar li Simon Busuttil se jkun l-ewwel Kap Nazzjonalista li se jivvota kontra Kap ieħor biex jitneħħa. Persuni li jimmilitaw fil-PN qalulna li dan ma jawgurax tajjeb u li qatt mhu se jkunu jistgħu jaħdmu flimkien b’hekk jekk Delia jirbaħ il-vot ta fiduċja Busuttil għandu jwarrab minnufih biex jagħti spazju lil Delia jaħdem mingħajr xkiel. Dan il-parir diġa’ kien tah lil Busuttil, Lawrence Gonzi iżda Busuttil baqa’ ma riedx jitlaq is-siġġu Parlamentari tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0