Jingħata l-ewwel darba kumpens lil vittma ta’ vjolenza domestika

  • Lul 23, 2019 08:55
  • Miktub minn Carmen Cachia
"

    Simone Cini, Kummissarju Kontra l-Vjolenza Domestika, tilqa’ b’sodisfazzjon sentenza mogħtija fil-Qorti Ċivili…

    “Il-Kummissjoni qiegħda tinnota kif għall-ewwel darba qed jingħata kumpens lill-vittma għall-ksur tad-drittijiet fundamentali tagħha, fosthom in-nuqqas ta’ investigazzjoni xierqa u nuqqas ta' protezzjoni xierqa u effettiva lill-vittma.” Hekk saħqet il-Kummissarju Kontra l-Vjolenza Domestika, Simone Cini, f’kumment li tat lil L-ORIZZONT fid-dawl ta’ sentenza mogħtija l-ġimgħa l-oħra fil-Qorti Ċivili mill-Imħallef Lorraine Schembri Orland li fiha l-vittma ngħatat kumpens ta’ €5,000 wara kien hemm nuqqas fis-sistema tal-Pulizija biex il-mara tħossha protetta.

    Simone Cini qalet li l-Kummissjoni tagħraf l-importanza ta’ din is-sentenza fid-dawl ta’ kif gew enfasizzati r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet biex tiżgura li l-vittmi tal-vjolenza domestika jkunu verament imħarsa meta jgħaddu minn dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli f’ħajjithom.

    Vittma ta’ vjolenza domestika fetħet kawża fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) wara li minkejja għamlet għadd kbir ta’ rapporti, inħareġ ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tagħha u ttieħdu diversi passi legali kontra l-eks raġel tagħha, dan xorta baqa’ jippersegwitaha u jwerwer lilha, kif ukoll lill-familjari tagħha. 

    Fis-sentenza ntqal li s-sistema falliet u n-nuqqas tal-Pulizija li jipproċiedu, jinvestigaw u jieħdu azzjoni f’ambitu ta’ eskalazzjoni ta’ abbuż, wasslu għal ambjent ta’ rivittimizzazzjoni tal-mara bil-konsegwenza li l-mara tilfet kull tama ta’ protezzjoni mill-pulizija u mis-sistema ġudizzjarja.

    Cini temmet tgħid li l-Kummissjoni minn dejjem saħqet dwar investigazzjonijiet xierqa u protezzjoni effettiva lill-vittma u, “għalhekk tilqa’ b’sodisfazzjon din is-sentenza fejn qed tara li l-Konvenzjoni ta’ Istanbul kif irratifikata u inkluża fil-liġi tagħna, qiegħda tigi implimentata b’mod effettiv”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0