AĠĠORNAT: Jogħla l-ħalib wara seba' snin …Se jkun investigat jekk iż-żieda hijiex riżultat ta' abbuż

  • Lul 23, 2019 10:59
  • Miktub minn iNews
"

    AĠĠORNATA: L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni se jkun qed jinvestiga ż-żieda li tħabbret fil-prezz tal-ħalib biex taċċerta jekk tali żieda hijiex riżultat ta’ abbuż mill-qagħda dominanti fis-suq li l-kumpanija Malta Dairy Products għandha fis-suq.

    L-Uffiċċju tenna li hekk kif il-ħalib tal-Benna jgawdi minn pożizzjoni b’saħħitha fis-suq, kull żieda fil-prezz ma jistax ikun eċċessiv b’detriment għall-konsumatur.

    AKTAR QABEL: Il-kumpanija Malta Dairy Products ħabbret żidiet fil-prodotti kollha tal-ħalib tagħha. Hija qalet li dan l-aġġustament sar biex tkun tista’ tkompli tipprovdi l-aħjar ħalib frisk lill-konsumaturi Maltin u Għawdxin bl-inqas prezzijiet possibbli.

    Il-prezzijiet il-ġodda se jkunu qed jidħlu fis-seħħ minn nhar it-Tnejn, 29 ta’ Lulju.

    Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li kien irnexxielha żżomm l-istess prezzijiet tal-ħalib frisk tagħha għal dawn l-aħħar seba’ snin. Tenniet li matul dawn is-snin il-prezz tal-għalf fis-swieq battanin, kif ukoll spejjeż operazzjonali żdiedu konsiderevolment.

    L-istqarrija tkompli tgħid li l-aġġustament fil-prezz tal-ħalib frisk Benna f’dan l-istadju huwa neċessarju sabiex insostnu l-għajxien tar-raħħala tal-ħalib li bbenefikaw minn żieda fil-prezz għall-ħalib frisk tagħhom. Dan l-aġġustament se jkun qed isostni wkoll il-bdiewa li jkabbru l-magħlef fuq 39.3% u 68.8% tal-art li tinħadem ġewwa Malta u Għawdex rispettivament u l-ħaddiema involuti fil-produzzjoni tal-ħalib, kif ukoll jassigura li l-konsumaturi jibqgħu jirċievu prodott tal-aqwa kwalità.

    Il-kumpanija tenniet li bil-prezzijiet il-ġodda, il-ħalib frisk Benna xorta se jibqa’ kompetittiv ħafna meta mqabbel ma’ ħalib frisk mibjugħ f’pajjiżi oħrajn Ewropej. 

    It-tabella tindika l-prezzijiet il-ġodda:

     Prodott 

    Prezz Kurrenti

    Prezz Ġdid

    Whole Milk 1L 

    € 0.86 

    € 0.96 

    Milk 2.5% fat 1L 

    € 0.83 

    € 0.94 

    Skimmed Milk 1L 

    € 0.81 

    € 0.92 

    Lactose Free Milk 1L 

    € 1.10 

    € 1.15 

    Whole Milk ½ L 

    € 0.49 

    € 0.56 

    Milk 2.5% fat ½ L 

    € 0.47 

    € 0.54 

    Skimmed Milk ½ L 

    € 0.46 

    € 0.52 

    Lactose Free Milk ½ L 

    € 0.63 

    € 0.65 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0