[FILMAT] Maltin protagonisti fi spettaklu pirotekniku fil-Ġermanja

  • Lul 23, 2019 12:53
  • Miktub minn iNews
"

    Nhar is-Sibt li għadda, proprju fl-20 ta’ Lulju ġie organizzat il-Midsummer Night’s Dream (Münchner Sommernachtstraum) fi Munich il-Ġermanja. Din l-attività li saret fil-Grand Olympic Park kienet imżewqa b’kunċerti live minn uħud mill-aqwa artisti tal-pajjiż u spettaklu oriġinali multi-viżiv, li jinkludi installazzjoni speċjali ta’ 360 degrees li biddel għadira kbira fil-Palk Olimpiku f’baħar ta’ dwal li jirriflettu s-sbuħija tal-lejl.

    Għat-tieni sena konsekuttiva, il-logħob tan-nar kien fdat f’idejn il-kumpanija Maltija AlessiPyroemotions, speċjalizzati f’dan il-qasam fejn preżentaw xow uniku ta’ dawl, fjammi u nar sinkronizzat mal-mużika.

    Il-Malti Jerry Ghigo kien fost il-Maltin li ħadmu fuq dan l-ispettaklu, b’mod speċjali fuq żewġ effetti innovattivi li nħarqu fi Munich. Dawn l-effetti li nħadmu hawn Malta u mbagħad ġew trasportati lejn il-Ġermanja, iffurmaw qalb f'qalb u kuruna. Huma ħallew lil dawk kollha li raw l-ispettaklu b’ħalqhom miftuħ għaliex kienu l-ewwel tax-xorta tagħhom li qatt inħarqu ġewwa l-Ġermanja.  

    Huwa stmat li dan ix-xogħol oriġinali Malti paxxa madwar 50,000 ruħ li attendew għal dan l-ispettaklu. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0