Jean-Claude Juncker ifaħħar lil Malta

  • Lul 23, 2019 14:05
  • Miktub minn iNews
"

    Jingħata s-Sħubija Onorarja fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fil-Grad ta’ Kumpann bl-Istilla…

    “Kburi b’dak li ksibna flimkien. Offrejna protezzjoni u appoġġ lil miljuni ta’ nies. Salvajna l-ħajjiet. Ilkoll nafu li għad fadal xogħol x’isir biex is-solidarjetà tibqa’ dejjem hemm. Għandna bżonn insibu soluzzjonijiet sostenibbli li jkunu fit-tul.”

    Hekk sostna l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker f’diskors li għamel wara taħditiet li kellu mal-President ta’ Malta George Vella u wara li ngħata s-Sħubija Onorarja fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fil-grad ta’ Kumpann bl-Istilla fil-Palazz tal-President. Huwa ngħata dan ir-rikonoxximent għall-kontribut prominenti u meritevoli tiegħu fil-promozzjoni u t-tisħiħ bejn Malta u l-Unjoni Ewropea.

    Juncker, li f’Ottubru li ġej jintemm it-terminu tiegħu bħala President ta’ KE u tieħu postu Ursula von der Leyen, faħħar it-tkabbir ekonomiku ta’ Malta li jiżboq sew dak ta' stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea u fl-istess waqt faħħar is-solidarjetà li turi Malta fi kwistjonijiet bħalma huma l-immigrazzjoni.

    Il-President tal-KE sostna wkoll li Malta għandha tkompli tiddefendi l-valuri li hi msawra bihom li jinkludu t-tolleranza u r-reżiljenza. Huwa temm jirringrazzja lill-Prim Ministru Joseph Muscat tas-sehem qawwi tiegħu fid-djalogu kostruttiv biex jinstabu soluzzjonijiet fuq diversi kwistjonijiet fl-Ewropa u anke lil’hinn.

    Min-naħa tiegħu, il-President George Vella rrefera għal stħarriġ tal-Ewrobarometru li juri kif in-numru ta’ Maltin li jaqblu li s-sħubija ta’ Malta fl-UE kienet ta’ benefiċċju huwa ferm akbar minn dawk li jaqblux. Huwa faħħar ukoll id-diversi inizjattivi li ttieħdu taħt Juncker bħala President tal-KE, fosthom il-ftehim ta’ Pariġi tal-2015 dwar il-klima.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0